Ġwanni Pawlu II fil-Parroċċa ta’ San Camillo de Lellis

VIżTA LILL-PARROĊĊA RUMANA TA’ SAN CAMILLO DE LELLIS
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
It-III Ħadd tal-Avvent,
11 ta. Diċembru 1983

Għeżież ħuti!

1. It-tielet Ħadd tal-Avvent iġib miegħu stedina urġenti għall-ferħ u huwa msejjaħ, minħabba l-ewwel kliem tat-test Latin tal-“antifona tad-dħul”, il-Ħadd Gaudete (cf. Fil 4, 4. 5). L-istess natura hja mistiedna mill-profeta biex turi trijonf vivaċi sinjali ta’ tgawdija: “Ħa jifirħu d-deżert u l-art niexfa, ħa jifraħ u jiffjorixxi x-xagħri  ” ( 35, 1), għaliex se jaraw ma jdumux “il-glorja tal-Mulej”.

Dan huwa l-ferħ tal-Avvent, li jiġi akkumpanjat, fil-fidil, mill-invokazzjoni umli u qawwija lil Alla “Ejja!” Din hija  t-talba mħeġġa, li tintuża bħala ritornell għas-Salm responsorjali tal-Liturġija tallum” “Ejja, Mulej, ħa ssalvana!”.

2. Il-ferħ tal-Avvent, tipiku ta’ dan il-Ħadd, isib is-sors tiegħu fit-tweġiba, li rċivew mingħand Kristu l-messaġġiera, mibgħuta għandu minn Ġwanni Battista. Dan, waqt li kien il-ħabs, billi kienu semà min jitkellem dwar l-opri ta’ Ġesù, bagħatlu lid-dixxipli  tiegħu, iġorru l-mistoqsija kruċjali, li kienet tinħtieġ tweġiba definittiva” “Inti dak li għandu jiġi jew irridu nistennew xiħadd ieħor?” (Mt 11, 3). U hawn hi t-tweġiba ta’ Kristu: “Morru u għidu lil Ġwanni dak li qegħdin tisimgħu u taraw: l-għomja jirkupraw il-vista, iz-zopop jimxu, il-lebbrużi jfiequ, it-torox jisimgħu, il-mejtin iqumu, lill-foqra tiġi ppridkata l-bxara t-tajba, u mbierek min ma jiskandalizzax ruħu minħabba fija”  (Mt 11, 4-6).

Ġesù ta’ Nazzaret, fit-tweġiba sollenni tiegħu lil Ġwanni l-Battista ifakkar, b’xhieda, t-twettiq tal-wegħdi messjaniċi. U huma dawk il-wegħdi, li jinsabu pprofetizzati fil-Ktieb ta’ Iżaija, u li għadna kemm smajna jinqraw fl-ewwel Qari: “Huwa jiġi biex isalvana. / Allura jinfetħu għajnejn il-għomja / u jinfetħu widnejn it-torox. / Allura z-zopp jaqbeż bħaċ-ċerv, / iwerżaq bil-ferħ ilsien il-mutu, /iva igelgel l-ilma fid-deżertt. / l-art maħruqa tinbidel f’għadira . . . / Hekk ikun hemm triq li jsejħulha “it-Triq il-Qaddisa” . . . / Minnha jgħaddu l-mifdijin. / Jerġgħu lura l-mifdijin tal-Mulej u jidħlu f’Sijon jgħajtu bil-ferħ; /  b’ferħ ta’ dejjem fuq rashom; /  il-ferħ u l-hena jiksbu, /  u jgħibu s-swied il-qalb u l-krib” (Is 35, 4-10).

Hekk mela jwieġeb Kristu lil Ġwanni l-Battista: humiex forsi qegħdin jitwettqu l-wegħdi messajaniċi? Mela, wasal il-waqt tal-ewwel Avvent!

Dan iż-żmien għalina diġa qiegħed wara spallejna u fl-istess ħin, qegħdin nipperseveraw dejjem fih. Il-Liturġija nfatti, kull sena tirrendih preżenti. U huwa dan is-sors tal-ferħ tagħna.

3. Dan il-ferħ tal-Avvent għandu sors tiegħu profond, Il-fatt li twettqu f’Ġesù ta’ Nazzaret il-wegħdi messjaniċi hija d-dimosrrazzjoni li Alla huwa fidil għal kelmtu. Nistgħu verament nirrepetu mas-Salmista: “Il-Mulej huwa fidil għal dejjem!” (Sal 146, 6). L-Avvent ifakkarna, kull sena, it-twettiq tal-wegħdi messjaniċi li jirrigwardaw lil Kristu, bl-iskop li jorjenta lil ruħna lejn tali wegħdi, li t-twettiq tagħhom irċivejnieh fi Kristu u  bi Kristu. Dawn il-wegħdi jmexxuna lejn l-aħħar destini tal-bniedem.

Fi Kristu u bi Kristu “il-Mulej huwa fidil għal dejjem”. Fih u bih jinfetaħ, minn ġenerazzjoni għall-oħra, it-tieni Avvent li huwa “iż-żmien tal-Knisja”. Bi Kristu l-Knisja tgħix l-Avvent ta’ kuljum – jiġifieri l-fidi tagħha fil-fedeltà ta’ Alla, li huwa “fedeltà għal dejjem”. L-Avvent jerġà dejjem iwettaq, b’dan il-mod, fil-ħajja tal-Knisja d-dimensjoni eskatoloġika tat-tama. Minħabba dan San Ġakbu jirrakkomandalna: “Stabru . . . , ħuti, sal miġja tal-Mulej” (Gc 5, 7).

4. F’tali prospettiva, il-Liturġija ta’ dan it-tielet Ħadd tal-Avvent mhix biss stedina għall-ferħ, imma wkoll għall-kuraġġ. Infatti, jekk għandna nifirħu fit-tama serena tal-milja futura tal-ġid messjaniku kollu, irridu wkoll ngħaddu b’kuraġġ f’nofs u fuq ir-realtà temporanja u tranżitorja, b’ħarsitna u bl-impenn imdawrin lejn dak li hu etern u immutabbli.

Tali kuraġġ jitnissel mit-tama nisranija u, sa ċertu punt, hija l-istess tama nisranija. Il-messaġġ għall-kuraġġ jidwi fil-profezija tal-Ktieb ta’ Iżaija: “Qawwu l-idejn mitruħa, /  saħħu l-irkubbtejn imriegħda. / Għidu lil dawk b’qalbhom imbeżżgħa: / Agħmlu l-ħila, la tibżgħux!” ( 35, 3).

L-Avvent, bħala dimensjoni stabbli tal-eżistenza nisranija tagħna, juri ruħu f’din it-tama, li ġġorr fiha, fl-istess ħin, il-kuraġġ “eskatoloġiku” tal-fidi! Dan il-kuraġġ – qawwa tal-fidi – huwa, kif jgħid il-profeta, ġenerożità. Dan huwa, fl-istess ħin, sabar. Dan jixbaħ lis-sabar tal-bidwi, li “jistenna bis-sabar l-frott prezzjuż tal-art sakemm ikun irċieva x-xitiet tal-Ħarifa u x-xitiet tar-Rebbiegħa” (Ġk 5, 7). U San Ġakbu jżid: “Stabru intom ukoll; qawwu qalbkom, għax il-miġja tal-Mulej hi fil-qrib” (Ġk 5, 8).

Mill-Vanġelu ta’ dan il-Ħadd jiġina ppreżentat eżempju brillanti ta’ din il-ġenerożità paċenzjuża: Ġwanni l-Battista. Ġesù jitkellem dwaru mal-folla b’termini eloġjattivi: “Xi ħriġtu taraw fid-deżert? Qasba tixxejjer mar-riħ? . . . Profeta? Iva, ngħidilkom, ukoll iktar minn profeta” (Mt 11,7-9).  Kompla: “Fost l-imweldin minn mara ma twelidx wieħed ikbar minn Ġwanni l-Battista; bdanakollu l-żgħar wieħed fis-Saltna tas-smewwiet huwa ikbar minnu” (Mt 11, 11).

Il-fidi ġeneruża u l-kuraġġ paċenzjuż tat-tama jiftħulna t-triq għas-Saltna tas-smewwiet.

5. Din il-fidi ġeneruża u dan il-kuraġġ paċenzjuż nixtieq illum nawgura lill-fidili kollha ta’ din il-Parroċċa ddedikata lill-appostlu l-kbir tal-karità nisranija, San Camillo de Lellis, u mibnija fl-1910 bix-xewqa tal-predeċessur tiegħi, Piju X, u afdata  liż-żelu bla mistrieħ tar-reliġjużi tal-provinċja Rumana tal-Ordni tal-Kleru Ministri regolari tal-morda magħrufa bħala “Camilliani”.

Nindirizza tislima kordjali u sinċiera lil Dun Vincenzo Cardone, li mill-1963 huwa l-kappillan, u lis-saċerdoti u r-reliġjużi kollaboraturi tiegħu, li fl-ispirtu tal-qaddis Fundatur tagħhom, jiddedikaw l-aħjar enerġiji tagħhom għall-kura pastorali tagħkom, minkejja li f’nofs d-diffikultajiet multipli u oġġettivi ta’ ġeneru differenti.

Insellem ukoll lill-Komunitajiet reliġjużi maskili u femminili, residenti fl-inħawi tal-parroċċa: l-Agostinjani Irlandiżi, il-Karmelitani skalzi, il-Kappuċċini, il-Patrijiet Pawlisti, l-irħieb Brażiljani; l-irħieb Ċiċterċensi, is-Sorijiet missjunari tan-nigrizia, il-Missjunarji tal-Qalb Imqaddsa ta’ Santa Francesca Saverio Cabrini, is-Sorijiet Qaddejja tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, is-Sorijiet Qaddejja tal-Venerabbli Caterina Volpicelli. Ħsieb imur ukoll għas-superjuri u l-istudenti tal-Kulleġġ Pontifiċju Germaniku-Ungariku.

Nixtieq ukoll indur lejn l-4500 fidil u l-1600 familja, li jiffurmaw it-tessut ħaj tal-komunità parrokkjali. Ħsieb partikolari ta’ nkuraġġiment lill-membri tal-Azzjoni Kattolika, tal-Konferenza ta’ San Vinċenz de Paoli, lill-Voluntarjat vinċenzjan, lill-assoċjazzjoni tal-Gwadji tal-unur tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, li propju f’din il-Knisja għandha s-sedja tad-direzzjoni nazzjonali; lill-Kunsill parrokkjali, lill-Moviment ewkaristiku ġovanili.

Kelma ta’ awgurju nixtieq nindirizzaha lill-missirijiet u lill-ommijiet tal-familja, liż-żgħażagħ kollha subien u bniet, lit-tfal subien u bniet, lill-anzjani u lill-morda.

6. Għeżież ħuti tal-Bażilika parrokkjali ta’ San Camillu de Lellis! Nittama li, permezz tal-laqgħa tagħna u l-Ministeru tal-Isqof ta’ Ruma, tiġġedded fina lkoll l-istedina għall-ferħ tal-Avvent, li tidwi fil-liturġija ta’ dan il-Ħadd.

Jalla tiġġedded, fl-istess ħin, l-istedina għat-tama ġeneruża, li għandha s-sors tagħha fil-kuraġġ soprannaturali tal-fidi!

Ejjew nikkultivaw l-art ta’ ħajjitna bis-sabar, bħall-bidwi li :bis-sabar jistenna l-frott prezzjuż tal-art! Dan il-frott tal-art”!

Dan il-frott se juri lilu nnifsu fil-miġja tal-Mulej!

Amen.


Lit-tfal  

Irrid inwieġeb d-domanda magħmula minn wieħed minnkom li qiegħed iħejji ruħu għall-Griżma. Dan staqsa kif għandi ngħix ta’ nisrani matur, kif għandu jkun matur wieħed li rċieva l-Griżma tal-Isqof. Insib it-tweġiba fl-ewwel diskors, dak ta’ Giancarlo. Dan qal li l-Knisja għandha taġixxi enerġikament biex tikkumbatti d-diversi vizzji fis-soċjetà, bħad-droga fl-iskola, u ħażen ieħor li qiegħed jhedded il-ħajja tal-umanità kollha kemm hi. Enerġikament. Li tkun nisrani matur, wara l-Griżma, ifisser li tkun nisrani enerġiku, li bl-enerġija soprannaturali tal-Grazzja u wkoll tal-karattru tiegħu, tal-personalità tiegħu jaf jistqarr il-fidi tiegħu, jaf jixhidha bl-ideat, bil-kliem u fuq kollox bl-aġir, bl-imġieba. B’dan il-mod nisrani matur, wara l-Griżma, għandu jkollu din l-enerġija nisranija. Waqt li nikkunsidraw l-okkażjoni tat-tielet Ħadd tal-Avvent nixtieq nawgura lilkom ilkoll, speċjalment lil din il-“parroċċa żagħżugħa” il-ferħ tal-Avvent, tal-Miġja ta’ Kristu, il-ferħ tal-preżenza ta’ Kristu. Matul il-perijodu liturġiku tal-Avvent inħejju ruħna biex niltaqgġu ma’ Alla Iben, Alla Verb imwieled f’Betlem. U dan it-twelib terren huwa sors tat-twelidijiet f’kull wieħed u waħda minna, fi qlubna. Allura nawguralkom dan l-Avvent tal-qlub: iftħu qlubkom biex tirċievu lil Ġesù u biex hu jkun jistà jgħammar fi qlubkom bħala l-għamara tiegħu. Nafu sewwa li din id-dar kienet nieqsa fil-waqt tat-twelid tiegħu f’Betlem. Jalla din l-għamara ma tonqosx fostna, fi djarna, fil-familji tagħna, b’mod speċjali fi qlubkom. Dan huwa l-awgurju tiegħi li nindirizza lilkom, parroċċa ċkejkna, u lill-parruċċani kollha.  

Lill-Kunsill pastoral-  

L’Avvent huwa l-perijodu li fih ilkoll inħossuna qiesna tfal ċkejknin, żgħażagħ. Tfal. Jiena nawguralkom tassew minn qalbi li tħossukom ilkoll żgħażagħ b’dan il-ferħ spiritwali li tagħtina l-fidi, li tagħtina t-tama, li jagħtina Kristu. Dan huwa l-ferħ li permezz tiegħu jgħix il-Milied mhux biss minn barra imma wkoll minn ġewwa bħall-miġja ta’ Alla, ta’ Kristu nkarnat f’qalbna, Nixteqilkom dan il-Milied tajjeb, u nawgiralkom ukoll li tkunu Kunsill pastorali tajjeb f’din il-parroċċa hekk ikkwalifikata.  

Lir-reliġjużi nisa  

Il-Jum tat-III Ħadd tal-Avvent jissejjaħ “Gaudete”. Ġorru din il-“Gaudete” f’ħajjitkom reliġjuża, ikkonsagrata lill-Mulej tagħna Ġesù Kristu, lil Sidna li għandu jitwieled fqir, tarbija f’Betlem. Jiena nawguralkom li tiltaqgħu miegħu bil-qalb kollha, bl-imħabba kollha li hija ptopju ta’ qalbkom, tal-vokazzjoni tagħkom, tal-voti tagħkom. Dan huwa l-awgurju ta’ Milied tajjeb għalikom.  

Liż-Żgħażagħ  

Intom żgħażagħ xandru bl-innijiet tagħkom messaġġ kbir ta’ ferħ u tama. Magħkom hija L-Knisja kollha li tkanta, tkanta l-ferħ li hemm fi qlubkom. Irrid nerġà lura mill-ġdid għal darb’oħra fuq tema li sseħħ fil-liturġija ta’ dan it-tielet Ħadd tal-Avvent, hemm fejn titkellem dwar bidwi li jaħdem l-art tiegħu. Din ix-xbiha suġġestiva, bħal tant xbihat oħra proposti mill-Iskrittura Mqaddsa, joħorġu mill-esperjenza umana, u għandha sinifikat dirett u ieħor metaforiku. Propju dan it-tieni sinifikat jitkellem dwar kull wieħed u waħda minna, u dwar art oħra li hija mbagħad l-umanità tagħna, ruħna, qalbna, il-personalità tagħna. Dan kollu jikkostitwixxi meta nqegħduh flimkien il-“jien” uman tagħna. Din l-art mela għandha tkun maħduma. San Ġakbu jgħidilna li għandha tkun maħduma b’“ġenerożità”. Din hija kelma kbira sabiħa ta’ oriġini Latina, u wkoll Griega, li tgħid ħafna dwar l-atteġġjament meħtieġ lil kull wieħed u waħda minna, speċjalment jekk żgħażagħ: huwa meħtieġ I jiġifieri jkollna qalb kbira, spirtu kbir f’din il-ħidma tal-“jien” propju, tal-umanità propja, fil-ħidma ta’ dik l-art li tidentifika lilha nfisha hekk mal-“jien” propju, mal-personalità tagħna. Imma għandu jkollha wkoll sabar kbir, hekk bħalma għandu l-bidwi li jistenna l-wasla tal-frott tax-xogħol tiegħu, tal-frott tal-art. Hekk ukoll il-persuna tagħna, il-jien tagħna għandu jġorr il-“frott”. Frott ta’ din il-ħajja, hekk imsejħa temporali, li jgħodd mal-kategoriji ta’ din id-dinja – per eżempju fl-iskola, fl-università, fil-professjoni, fl-ambjent – imma b’mod speċjali għandu jġorr frott li jgħodd billi jsegwi l-kriterji tal-kuxjenza tagħna: il-frott morali, il-virtujiet, il-merti. Imma l-umanità tagħna għandha wkoll iġġorr frott li jdum, li jmur ‘il hemm jiġifieri mid-dimensjoni tal-ħajja. Allura nidħlu fl-ordni tal-frott li jikkwalifika bi kriterji divini, tal-ġudizzju tal-verità assoluta, tal-karità assoluta, l-imħabba, il-ħniena tal-Missier. Hekk hu, aħna hemm bżonn ngħixu b’din il-prospettiva. U dan jgħidulna l-Avvent: Ġesù diġa ġie.

Imma f’kull wieħed u waħda minnkom Ġesù għandu jerġà jiġi darb’oħra jew, jekk għadu ma ġiex kif għadu ma ġiex fil-qalb ta’ bosta bnedmin b’mod suffiċjenti, għad għandu jiġi għal raġuni ikbar. Imma l-Avvent ikellimna qabelxejn dwar il-prospettiva aħħarija, l-hekk imsejħa eskatoloġika, u hekk il-ħajja umana tagħna tirċievi sinifikat: jien ngħix fil-prospettiva li niltaqa ma’ Alla Missier, dak li ħalaqni, dak li jafni aħjar. Jafni u jħobbni. Ix-xhieda ta’ mħabbtu lejn kull wieħed u waħda minna. Nawguralkom li tikkultivaw hekk “l-art ta’ ruħkom”, ta’ ruħkom żagħżugħa: b’tama kbira, b’ferħ. Għal dan tagħmlu sewwa li tiltaqgħu fil-parroċċa, billi tkantaw, titolbu u tifirħu flimkien. Komplu għamlu hekk ukoll fil-futur, Dan huwa l-awgurju tiegħi għall-Milied tagħkom.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading