VJAĠĠ APPOSTOLIKU TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU
FL-INDONEŻJA, PAPUA NEW GUINEA, TIMOR LESTE, U SINGAPORE
(2-13 ta’ Settembru 2024)
Laqgħa maż-żgħażagħ ta’ Scholas Occurrentes
fid-Dar taż-Żgħażagħ Grha Pemuda
Il-Ħamis 4 ta’ Settembru 2024
Fi tmiem il-laqgħa mal-Isqfijiet, Saċerdoti, Djakni, Konsagrati Irġiel u Nisa, Seminaristi u Katekisti, Il-Pap Patri Franġisku żar id-Dar taż-Żgħażagħ Grha Pemuda fejn saret il-laqgħa maż-żgħażagħ ta’ Scholas Occurrentes.
Il-Papa ġie milqugħ fil-bitħa ta’ quddiem id-Dar taż-Żgħażagħ mill-mexxejja ta’ Scholas Occurrentes u 100 tifel u tifla mill-Arċidjoċesi ta’ Jakarta. Żewġt itfal offrewlu rigal, filwaqt li l-oħrajn kantaw kanzunetta. Imbagħad, il-Papa wasal fis-Sala San Mathias u San Tadeus, fejn iltaqa’ mal-parteċipanti tal-proġett “Scholas Aldeas”.
Wara huwa kien akkumpanjat fis-Sala San Ġakobb għal laqgħa privata mal-Bord tad-Diretturi ta’ Scholas Occurrentes.
Imbagħad, il-Papa Franġisku, wara konverżazzjoni qasira ma’ xi studenti, temm ix-xogħol tal-poliedru maħluq miż-żgħażagħ billi qiegħed il-biċċa finali. Fl-aħħar il-Papa ħawwel siġra u ta l-barka tal-aħħar.
[Bullettin tal-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, 4 ta’ Settembru 2024]