Ġwanni Pawlu II f’Viżta Pastorali fil-parroċċa Rumana ta’ San Ġorġ Martri

VIŻTA LILL-PARROĊĊA RUMANA TA’ SAN ĠORĠ MARTRI
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Ir-IV Ħadd tal-Avvent,
18 ta’ Diċembru 1983

1. “Min jistà jitlà fuq l-għolja tal-Mulej, / min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu? / Min għandu jdejh indaf u qalbu safja . . .” (Sal 23, 3-4).

Għeżież ħuti, il-Liturġija ta’ dan il-Ħadd, ir-rabà u l-aħħar Ħadd tal-Avvent, tinsisti dwar il-viċinanza, billi tirrakkomanda l-wasla imminenti ta’ Dak li għandu jiġi u billi kontrmporanjament tiddeskrivi l-karatteristiċi ta’ min, minħabba din il-miġja, se joqrob min-naħa tiegħu lejn Alla..

Sa mill-ewwel battuti s-salm responsorjali jeħodna fil-għoli, għand Dak li huwa Sid l-art, ta’ dak li fiha huwa miġbur, tal-univers u ta’ dawk li jgħammru fih. Alla ħalaq kollox biex jirregalah lill-bniedem, sabiex dan, permezz tal-kontemplazzjoni tal-maħluq, ikun jistà jagħrfu u joqrob lejh.

Skont l-espressjoni tas-Salmista, Alla, ladarba huwa ‘il hemm mill-univers materjali kollu, jinsab “’il fuq” mid-dinja; u hekk il-viċinanza lejh hija ppreżentata bħala “tlugħ”. Imma dan mhuwiex spostament materjali fl-ispazju, imma ftuħ, orjentament tal-ispirtu; attività “qaddisa”, propja ta’ dawk li jfittxu lil Alla, “il-ġenerazzjoni li tfittex il-wiċċ ta’ Alla ta’ Ġakobb”.

Il-liturġija illum iġġegħelna naraw, b’mod konkret, liż-żewġ figuri li lilhom ingħata li jersqu maġġorment lejn Dak li kellu jiġi: Marija u Ġużeppi. Dawn huma ż-żewġ persuni kulminanti tal-Avvent, imqegħdin fl-istadju tal-avviċinament il-kbir ta’ Alla nnifsu.

2. Il-figura ta’ Marija, fil-liturġija preżenti, iddefinita f’żewġ siltiet tal-Iskrittura: bħala prefigurazzjoni, fit-Testment il-Qadim, bit-test ta’ Iżaija ( 7, 10-14); bħala attwazzjoni, fil-Ġdid, bit-test ta’ Mattew (Mt 1, 18-24).

Il-kotba tat-Testment il-Qadim, waqt li jiddeskrivu l-istorja tas-salvazzjoni, iqegħdu pass pass – kif jiddeskrivi  il-Konċilu  (Lumen Gentium, 55) – dejjem enfasizzat b’mod iktar ċar lil Omm il-Feddej. Taħt dan ir-raġġ ta’ dawl hija diġa tiġi profetikament deskritta fix-xbiha tal-Verġni li titqal u tiled Iben, li ismu jkun Emmanuel, li jfisser “Alla magħna”. Din hija biss antiċipazzjoni, effikaċi biex tipprefigura esseri li qatt ma deher bħalu, ippredestinat minn Alla, li diġa numru ta’ sekoli bil-quddiem, jibda jipproġetta lejna diversi karatteristiċi tal-kobor tiegħu.

Dan it-test ta’ Iżaija, matul is-sekli, jinqara fil-Knisja u mifhum fid-dawl ta’ rivelazzjoni oħra. Dak li fit-Testment il-Qadim, bil-ftuħ tiegħu messjaniku, kien bidu, fil-Ġdid isir ċarezza. San Mattew jagħraf fil-kliem ta’ Iżaija l-mara li bl-opra tal-Ispirtu Santu titqal verġinalment, mingħajr l-intervent tal-bniedem.

Ġesù huwa dak li jsalva l-poplu minn dnubietu. U hi, Marija, hija omm Ġesù. L-Iben ta’ Alla “jiġi” f’ġufha biex isir bniedem. Hija tilqgħu. Qatt Alla ma resaq hekk qrib tal-esseri uman daqs f’dan il-każ ta’ twettiq ta’ rapport bejn Iben u Omm.

3. Fl-istess ħin, Mattew joqgħod attent li jqiegħed quddiemna wkoll l-ilqugħ konxju u maħbub ta’ Ġużeppi. Hu, l-għarus, li waħdu ma jistax jagħti spjega tal-ġrajja ġdida li lemaħ isseħħ taħt għajnejh, jiġi mdawwal minn intervent tal-Anġlu tal-Mulej dwar in-natura tal-maternità ta’ Marija. “Dak li tnissel fiha huwa opra tal-Ispirtu Santu”.

Hekk Ġużeppi sar jaf il-fatti u msejjaħ biex jidħol fil-pjan feddej ta’ Alla. Issa, huwa jaf min hi t-tarbija li se titwieled u min hi l-Omm. Skont l-istedina tal-Anġlu, ħa miegħu lil martu,  ma telaqhiex. “Billi laqà” lil Marija, huwa jilqà lil dak li kien tnissel fiha bl-opra meraviljuża ta’ Alla, li għalih xejn mhu mpossibli.

Waqt li nikkonċentraw fuq dawn iż-żewġ personaġġi tal-Avvent,, il-liturġija diġa tmexxina fuq l-art tal-Milied.

4. F’dan il-punt aħna nsibu ruħna nisimgħu t-tieni qari meħud mill-ittra ndirizzata mill-Appostlu Pawlu lir-Rumani. Din iddoqq propju għalina, bħallikieku – illum ukoll – kienet indirizzata lilna, abitanti ta’ Ruma moderna. L-Appostlu Pawlu jxandar il-miġja ta’ Kristu propju f’Ruma, lill-belt tagħna: din hija l-miġja permezz tal-Vanġelu, “il-Vanġelu ta’ Alla . . . rigward Ibnu, imwieled mir-razza ta’ David skont il-ġisem, magħmul Iben ta’ Alla b’qawwa skont l-Ispirtu ta’ santifikazzjoni permezz tal-qawmien mill-imwiet, Ġesù Kristu, Sidna. Permezz tiegħu rċivejna l-grazzja tal-apostolat”” (Rm 1, 1-5).

5. Minn mindu l-Appostlu Pawlu kiteb dan il-kliem għaddew kważi elfejn sena. Imma dan huwa dejjem attwali, u għadu ndirizzat lir-Rumani.

Ma jonqosniex għajr li nidħlu fl-atteġjament ta’ disponibiltà biex nilqgħu lil Ġesù Kristu permezz tal-Vanġelu mxandar mill-Knisja, hekk kif laqgħuh l-ewwel insara, l-ewwel Rumani, li l-fidi tagħhom kienet magħrufa fid-dinja kollha. Irridu nilqgħuh, biex nuża l-espressjoni tal-Appostlu, fil-verità kollha tad-divinità tiegħu u tal-Umanità tiegħu.

Ejjew nilqgħuh fil-lejl ta’ Betlem flimkien mat-totalità tal-misteru tiegħu paskwali. “Permezz tal-qawmien mill-imwiet” Kristu kien “stabbilit Bin Alla skont l-Ispirtu ta’ santifikazzjoni” Permezz tal-misteru paskwali kienet rivelata għal kollox il-filjolanza divina ta’ Dak li twieled fil-lejl ta’ Betlem.

Ejjew nilqgħu lil Ġesù Kristu, Bin Alla, Dak li għandu jiġi, u,  waqt li nilqgħuh, ninpenjaw ruħna biex nixbħu lil Marija u Ġużeppi, li kienu l-ewwel li laqgħuh permezz tal-fidi fil-qawwa tal-Ispirtu Santu. Huwa fihom, infatti, li turi ruħha l-maturità sħiħa tal-Avvent

6. Tali maturità ta’ ħajja nisranija u disponibiltà miftuħa u ġeneruża biex tilqà fl-għana tal-verità tagħha lil Bin Alla, imwieled skont il-ġisem, nixtieq illum nawgura lill-fidili kollha ta’ din il-parroċċa, iddedikata lil martri San Ġorġ, imwielda 25 sena ilu u afdata liż-żelu tal-Patrijiet Kanossjani.

Jiena kuntent li ninsab f’nofskom biex inxandar il-messaġġ liturġiku tar-rabà Ħadd tal-Avvent, lejlet il-Milied Imqaddes, Nindirizza tislima kordjali u żelanti lill-kappillan Patri Bruno Moràs, lill-viċi-kappillani, lir-reliġjużi kollaboraturi, li sa mill-bidu żvolġew il-ministeru tagħhom fiż-żona, waqt li segwew t-tkabbir demografiku u ekkleżjali.

Nestendi t-tislima tiegħi lill-komunitajiet reliġjużi femminili, li jassisstu l-attività saċerdotali; Is-Sorijiet tal-Verb Inkarnat, Is-Sorijiet Kanossjani; lill-Kunsill Pastorali diġa mqabbad fil-mixja tiegħu; lill-gruppi ewkaristiċi; lill-grupp tal-katekisti; lill- Cursillos di Cristianità; lill-grupp tal-Iscouts: lill-voluntiera impenjati fis-settur tal-voluntarjat; lill-Komunità ta’ Sant’Eġidju; lit-tfal li, taħt it-tmexxija ta’ grupp ta’ ġenituri, janimaw lil sħabhom tal-istess età bl-attivitajiet sportivi tagħhom.

Indur b’mod komplessiv lejn 2200 familja, li jiffurmaw l-ikbar familja tal-komunità parrokkjali: lill-missirijiet, l-ommijiet, lit-tal subien u bniet; lill-morda ta’ kull età. Lilkom ilkoll nixtieq ngħid li jiena qrib il-problemi tagħkom, billi nifhem id-diffikultajiet li magħhom tiltaqgħu fil-ħajja ta’ kuljum: fil-familja, hekk mhedda mid-diżokkupazzjoni, mill-urġenza ekonomika, mit-tentazzjoni ta’ fatturi diviżivi; fid-dinja żagħżugħa bit-theddid krexxenti tad-droga u tal-vjolenza; fis-settur tal-anzjani, speċjalment dawk li mhumiex awtosuffiċjenti, spiss abbandunati għas-solitudni tagħhom.

Naf li sar ħafna mqanqal mis-solidarjetà nisranija. Imma fadal ħafna xi jsir. Lil kull wieħed u waħda minnkom l-inkuraġġiment tiegħi biex tkomplu għaddejjin.

7. Għeżież ħuti. “Permezz tiegħu rċivejna l-grazzja tal-apostolat” Bis-saħħa tal-ministeru apostoliku, bħala suċċessur ta’ San Pietru u Isqof ta’ Ruma, inwettaq illum is-servizz pastorali fil-parroċċa tagħkom. Nawgura li dan is-servizz iġib il-Grazzja tal-Avvent divin.

“Hekk hu x-xebba se jkollha iben li se jissejjaħ Emmanuel: Alla- magħna” (Mt 1, 23). Jalla l-Milied iġib it-twettiq tal-Avvent f’kull wieħed u waħda minna u fil-Knisja għażiża kollha ta Ruma. l-Emmanuel, l-Alla -magħna, isir il-ferħ u t-tama tal-qlub kollha umani.


Lit-tfal u lill-anzjani

Ġejt għandkom f’dan ir-IV Ħadd tal-Avvent, meta issa l-Milied tassew jinsab fil-qrib. U jien irrid inġibilkom il-ferħ propju ta’ dan il-Milied li qiegħed joqrob. Wra kollox il-Milied huwa festa tassew għażiża u tassew qrib it-tfal għaliex Alla sar tarbija fil-grotta ta’ Betlem. Ġie fuq din l-art kif jiġu kull wieħed u waħda minna. Twieled minn ommu. Meta tiġi tarbija il-missier u l-omm isiru ġenituri u lkoll flimkien jikkostitwixxu familja; meta jitwieldu numru ta’ tfal titwettaq il-familja. U hekk Ġesù meta ġie bħala bin il-bniedem f’din id-dinja  għamel minna l-bnedmin familja, il-familja ta’ Alla. Irregalalna lil Missieru, u billi kellu dak il-Missier ċelesti aħna familja kbira. U irregalalna lil Ommu, din l-Omm hekk għażiża  lilna lkoll. Hekk hu, grazzi lil Ġesù Bambin, aħna lkoll familja waħda. L-Iben ta’ Alla sar bin il-bniedem u hekk il-bnedmin kollha għandhom familja waħda. Minkejja l-kuntrasti kollha, il-mibegħda kollha u l-gwerer kollha tad-dinja, it-theddid kollu tal-ħażin aħna nibqgħu din il-familja għaliex darba waħda Kristu, Bin Alla, sar bniedem, ġie bħala tarbija f’Betlem u għamilna b’mod definittiv familja ta’ Alla. F’isem dan Ġesù jiena nsellmilkom, żgħażagħ ċkejknin ta’ din il-parroċċa, intom li tikkostitwixxu l-familji ta’ din il-parroċċa, insellem magħkom lill-ġenituri u lill-għalliema. U nsellem ukoll lis-sorijiet, lir-Rgħajja tagħkom li jafukom sewwa għaliex jiggwidawkom spiritwalment. Imma fl-istess waqt nieħu tassew pjaċir, waqt li nsellem liċ-ċkejknin, insellem ukoll lil dawk l-iktar anzjani tal-parroċċa, li jinsabu hawn qribkom. Din hija kompożizzjoni sabiħa li qegħdin turu. F’bosta familji dawk l-iktar żgħażagħ. It-tfal, jifhmu ħafna aħjar propju lin -nanniet, lill-anzjani. L-anzjani min-naħa tagħhom ifittxu li jifhmu aħjar lit-tfal u jfittxu li jagħmlu parti mill-edukazzjoni tagħhom. Jiena nsellmilkom għeżież anzjani u għeżież morda li intom fil-qalb ta’ din il-parroċċa billi intom tixbħu lil Ġesù batut, lil Ġesù msallab. Intom iġġorru salibkom u mhux biss iġġorruh għalikom imma ġġorruh għalina lkoll, iġġorruh għall-oħrajn għaliex is-salib, it-tbatija għandha sinifikat altruwistiku kbir. Kif Kristu bata għall-umanità kollha hekk min ibati flimkien ma’ Kristu, ibati għall-oħrajn u bit-tbatija tiegħu jedifika spiritwalment lill-oħrajn. Fil-Quddiesa li se niċċelebraw minn hawn u ftit ieħor irrid inġorr it-tbatijiet tagħkom kif ukoll il-ħajja tal-familji kollha tal-parroċċa u l-ferħ tat-tfal kollha u taż-żgħażagħ kollha hawn preżenti. Nawguralkom Milied Tajjeb.  

Lil-Lajċi  

Ix-xogħol pastorali tal-lajċi huwa l-kontinwazzjoni tal-apostolat tal-ewwel dixxipli ta’ Kristu, tal-Appostli nfushom. Fl-Appostli Kristu inawgura kull forma ta’ apostolat: dak ġerarkiku u dak lajkali, dak jiġifieri tal-fidili. Jiena nawguralkom li tiżvo;ġu dejjem aħjar dan id-dmir tagħkom fil-Knisja, billi tidentifikaw lilkom infuskom bl-apostolat tagħkom fid-diversi dimensjonijiet tal-Knisja, tal-ħajja personali, tal-familja, tal-iskola, tax-xogħol, tal-ambjent soċjali. Dawn id-dimensjonijiet tal-ħajja huma miftuħa għall-apostolat tal-lajċi. Sostnu bil-ġenerożità tagħkom, bl-impenn tagħkom il-komunità parrokkjali. Jalla tkun, din tagħkom, komunità ħajja, li ġġorr il-Vanġelu u l-evanġelizzazzjoni, Kristu u spirtu lill-bnedmin kollha.  

Lill-Kunsill pastorali  

Il-fidi u l-esperjenza nisranija huma fundamentali biex jgħinu it-tkabbir fil-komunità. Intom għandkom din il-fidi u din l-esperjenza u għandkom iktar il-parir tal-Ispirtu u allura tistgħu tgħinu l-komunità tagħkom biex tkun iktar matura bħala nisranija.  

Lill-Katekisti  

Ibqgħu u imxu dejjem maġemb dawk iż-żgħażagħ li tħejju biex isiru iktar maturi fil-kristjaneżmu tagħhom, dawk li jirċievu s-Sagramenti, li permezz tagħhom tikber l-identità nisranija tagħna, fis-sens kariżmatiku, fis-sens tal-grazzja, tal-filjolanza divina; jikber ix-xebħ tagħna ta’ Ġesù Kristu. F’din il-mixja l-opra tal-katekista hija ferm important. Ikolli ngħid li hija essenzjali u kostitwenti. Mela la żżommux lura, ħejju ruħkom ukoll għal dan id-dmir. Hemm bżonn li tħobbu l-Kelma ta’ Alla, hemm bżonn li tħobbu b’mod profond il-Vanġelu profondament il-Vangelo, kif hemm ukoll li tħobbu liż- żgħażagħ biex tittrażmettu sewwa dan il-messaġġ divin lil numru dejjem ikbar ta’ bnedmin ġodda.  

Lir-Reliġjużi nisa  

Nafu sewwa, u dan jikkonfermawh tant Santi Padri tal-Knisja, li Marija kienet Omm Ġesù speċjalment fl-ispirtu, li nisslet u welldet fl-Ispirtu Santu u dan kien iċ-ċentru stess tal-maternità tagħha. U hekk dik il-maternità Marjana spiritwali tistà tkun imitata mill-“madri” kkonsagrati, li jgħixu skont r-regoli tal-vokazzjoni tagħkom, fil-faqar, fil-kastita u fl-ubbidjenza. Nawguralkom li ssibu lil dan Ġesù li jitwieled f’tant qlub, imma b’mod speċjali nawguralkom li l-apostolat tagħkom ikun jist jiffaċilita t-twelid ta’ Ġesù f’tant qlub umani.  

Lill-Membri tal-“Cursillos de Cristiandad”  

Nawguralkom imħabba kbira għall-Kelma u ġibda kbira għall-grazzja. Jiena naħseb li dawn iż-żewġ imħabbiet għandhom isibu espressjoni fina. Imissna nkunu affaxxinati mill-Kelma ta’ Alla u mill-grazzja ta’ Alla, mill-opra li huwa jagħmel f’ruħna. Hekk inkunu nistgħu ngħarrfu u nġorru wkoll għall-oħrajn din il-ġibda tagħna, din imħabbitna. Hekk inkunu animaturi, hekk kif intom animaturi f’din il-parroċċa. L-animaturi qishom il-ħmira li tibdel il-massa. Hekk bħala analoġija nistgħu ngħidu li l-parroċċa hija massa li trid tiġi mibdula mill-ħmira tal-ħafna animaturi tagħha. Nawguralkom li twettqu sewwa l-missjoni tagħkom ta’ frekwentaturi ta’ “cursillos” u nawguralkom li twettqu sewwa wkoll il-missjoni tagħkom bħala familja. Kull grupp inkluż fil-komunità parrokkjali għandu sinifikat speċjali f’dak li jolqot il-pastorali tal-parroċċa, il-missjoni tagħha fit-totalità tal-ħajja nisranija ta’ din il-parroċċa, l-apostolat. Per eżempju fl-isport: nafu sewwa kif diġa San Pawl għaraf jagħmel mill-isport allejat prezzjuż għall-apostolat nisrani. Nawguralkom li tkunu tafu dejjem aħjar issibu t-triq biex tressqu lill-oħrejn, dawk li huma l-iktar ‘il bogħod mill-parroċċa u mill-Knisja”.  

Liż-żgħażagħ

Il-kollega tagħkom irreferili dwar il-problemi tagħkom, dwar il-preokkupazzjonijiet tagħkom. Problemi u preokkupazzjonijiet li huma bla ebda dubju tar-Rgħajja tagħkom u tal-insara tal-komunità kollha tagħkom. X’tistà tkun it-tweġiba tiegħi?. Tistà tkun tweġiba qasira u apostolika;  hija dik li darba waħda ta San Pawl: “Tħallux lilkom infuskom tintrebħu mill-ħażin, imma irbħu l-ħażin bit-tajjeb”. Jiena naħseb li dan huwa l-programm li għandkom issegwu. Dan huwa programm universali. Jiena naħseb li huwa programm kompletament applikabbli għas-sitwazzjoni tagħkom. Dan huwa programm nisrani, programm għalikom, għal din il-parroċċa, u b’mod speċjali għaż-żgħażagħ ta’ din il-parroċċa. Il-problemi li dwarhom tkellem il-kollega tagħkom mhumiex irrisolvibbli jekk tiffaċċjawhom b’dan il-prinċipju espress minn San Pawl. Jekk nistgħu u rridu nwettqu dan kliemu il-problemi jsolvu ruħhom. Jiena nawguralkom li tkunu protagonist ta’ dan l-isforz komuni ta’ din il-parroċċa li għandha fil-missjoni tagħha d-dmir li ssolvi dawn il-problemi: trid tirbaħ il-ħażin bit-tajjeb. U nawguralkom li l-ġenerazzjoni tagħkom tkun tistà tikkontribwixxi bil-kbir għal din is-soluzzjoni nisranija tal-problemi soċjali tal-ambjent tagħkom. Il-parroċċa hija żagħżugħa grazzi għaż-żgħażagħ. Kunu mela intom li tagħnlu żagħżugħa lil din il-parroċċa; kunu intom li tagħmlu, nistà ngħid, Kristu żagħżugħ f’din il-parroċċa. F’dan is-sens, għeżież żgħażagħ, nawguralkom il-Milied it-Tajjeb! Din hija l-festa taż-żgħażagħ; din hija l-festa li fiha l-Knisja kollha tixxettel, tħossha żagħżugħa. U huma speċjalment iż-żgħażagħ li  jieħdu sehem f’dan it-tixtil tal-Knisja billi jgħixu b’mod profond il-misteru uman u divin tal-Milied Imqaddes”.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading