VIŻTA LILL-PARROĊĊA TA’ SAN ĠWANN BATTISTA AL COLLATINO
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Il-Ħadd, 15 ta’ Jannar 1984
1. “Grazzja lilkom u sliem mingħand Alla, Missierna, u mingħand Sidna Ġesù Kristu” (1 Kor 1, 3).
B’dan il-kliem tal-Appostlu Pawlu, li smajna fit-tieni qari tal-liturġija tallum, indur lejkom ilkoll, għeżież ħuti ta’ din il-parroċċa ta’ San Ġwann Battista al Collatino, u nesprimilkom il-pjaċir profond li nistà niċċelebra magħkom is-Sagrifiċċju ewkaristiku.
Din hija l-ewwel vista li qed inwettaq lil parroċċa Rumana fis-sena 1984: għalhekk nawgura, qabel xejn, sena serena, mimlija ġid u mbierka lilkom ilkoll ta’ din il-komunità u lill-fidili kollha ta’ Ruma. Bħala suċċessur ta’ Pietru f’din is- Sedja episkopali, nara fikom lill-werrieta tal-Knisja antika, li għal kważi elfejn sena tinsab Ruma, minn fejn tħaddan lill-Popli kollha, standard ta’ għaqda u ta’ salvazzjoni. Kunu kburin li tappartienu lil din il-Knisja, li tesprimi u tiggarantixxi l-universalità tagħha u hija Rumana mhux tant għal dak li setgħet assimilat mill-kultura u mis-sistema tal-Imperu, imma prinċipalment minħabba dak li hija nkorporat, jiġifieri tagħmel rivelazzjoni divina, is-sorsi tal-grazzja, il-promulgazzjoni tal-imħabba u s-suċċessjoni apostolika li tgħaqqadha ma’ Ġesù Kristu. B’dan il-mod tinkludi bħalma setà jgħid Sant’Irinew li l-Knisja Rumana tagħmel parti minn kull Knisja oħra “propter potentiorem principalitatem” (cf. Adversus haereses 3, 2: PG 7, p. 848).
Fid-dawl ta’ din it-tradizzjoni Rumana, il-laqgħa tagħna tarrikkixxi ruħha b’sinifikat ekkleżjali partikulari fiċ-ċelebrazzjoni tas-Sena Mqaddsa tar-Redenzjoni, għaliex tinsab Ruma, fuq it-tifkiriet tal-Appostli Pietru u Pawlu, għaliex huwa f’Ruma, fuq it-tifkiriet tal-Appostli Pietru u Pawlu, li wieħed isib iċ-ċentru tal-għaqda u tal-vitalità tal-Knejjes kollha. Fl-ispirtu ta’ dawn ir-rejaltajiet stimolanti, illum irridu wkoll aħna niċċelebraw il-Ġublew straordinarju u nakkwistaw l-Indulġenza plenarja għalina jew għall-erwieħ tal-għeżież mejtin tagħna.
2. F’din il-laqgħa tagħna jippresidi spiritwalment San Ġwann Battista, kemm għaliex huwa meqjum hawn bħala titular tal-parroċċa, kif ukoll għaliex is-silta tal-Vanġelu ta’ Ġwanni, li smajna ftit ilu, tippreżentahulna bħala xhud bla biżà ta’ Kristu. Il-figura tal-Battista tfakkarna dak iż-żmien tas-sena liturġika li jkopri mill-ewwel Ħadd tal-Avvent sal-festa tal-Magħmudija tal-Mulej li ċċelebrajna l-ġimgħa li għaddiet. F’dan il-perijodu rajna kif l-għammiedi u l-prekursur tal-Mulej fix-xenarju sever u suġġestiv fl-istess ħin mix-xmara Ġordan u mid-deżert tal-Ġudea. Illum hu bil-proklamazzjoni ta’ Ġesù bħala :Il-Ħaruf ta’ Alla… li jneħħi d-dnubiet tad-dinja” (Ġw 1, 29) jiftaħ iċ-ċiklu taż-żmien ordinarju tas-sena liturġika, li huwa kollu ċċentrat fuq l-istorja tas-salvazzjoni, imwettqa minn Kristu.
Ladarba x’xbiha tal-Ħaruf ta’ Alla hija marbuta b’mod strett ma dik tal-qaddej batut, deskritt mill-Profeta Iżaija bħala “ħaruf meħud għall-qatla” (Iż 53, 7) u mal-ħaruf tal-Għid (Eż 12) li huwa simbolu tar-redenzjoni ta’ Iżrael, biha Ġwanni jindikalna lil Kristu bħala r-Redentur. Ġesù jrid jgħaddi mill-passjoni, il-mewt u l-qawmien mill-imwiet biex ikun jistà jgħammed “fl-Ispirtu Santu” u jopera s-salvazzjoni, bħala “bin Alla”. L’atteggiamento tal-Battista f’din is-silta huwa dak ta’ dak li, fi stadji, javanza fil-fidi u fl-għarfien ta’ Alla: l-ewwel jgħid li ma jagħrfux (Ġw 1, 31), imbagħad jara fih il-Messija -sofferenti (Ġw 1, 29), fl-aħħarnett iis-Santifikatur (Ġw 1, 31) u l-Iben ta’ Alla (Ġw 1, 34). Dan l-atteġjament huwa għalina eżemplari, għaliex jgħallimna biex nilqgħu lil Kristu bħala dak li bil-Magħmudija jistabilixxi fina realtà ġdida, “ħolqien ġdid”, saltna ġdida: dak li ngħata l-ħajja mill-Ispirtu Santu; imma jgħallimna wkoll biex nibdew mixja ta’ fidi, li fiha nħossuna dejjem iktar impenjati biex nixhdu lil Kristu mhux biss bħala Bin il-bniedem imma wkollbħala Bin Alla li ġie biex ineħħi minn qalb il-bniedem l-għerq ta’ kull ħażen, jiġifieri d-dnub. Dan kollu jqanqal x-xbiha delikata u kommoventi tal-Ħaruf, li biha Ġwanni l-Battista “wera lil” Kristu lid-dinja, f’dak il-jum imbiegħed fuq ix-xtut tal-Ġordan.
3. Hemm bżonn li jokkupallna l-moħħ u l-qalb miftuħa biex nirċievu din il-wirja, li ma tridx tkun tant għarfien tal-misteru ta’ Kristu, daqs kemm immersjoni tagħna u assorbiment fih. Dan huwa b’xi mod li nagħmlu tagħna dawk is-sentimenti espressi fis-Salm responsorjali, li fihom it-tradizzjoni nisranija rat raffigurat fihom lil Kristu nnifsu (cf.Lh 10, 5.7): “Int ma titgħaxxaqx b’sagrifiċċji u offerti, / imma widnejja inti ftaħtli. / ma tlabtnix vittmi tal-ħruq u ta’ tpattija. / Imbagħad jiena għidt: “Hawn jien, ġej”. / Fil-bidu tal-ktieb hemm miktub fuqi / li nagħmel ir-rieda tiegħek” (Sal 40, 7-9).
Bħalma diġa aċċennajna, il-misteru ta’ Kristu huwa misteru ta’ ubbidjenza u ta’ sagrifiċċju: hu bħal ħaruf manswet li joffri ruħu għalina lkoll. Jidher li Ġwanni l-Battista, wara l-istqarrija tiegħu, beda jiskot biex jagħti leħen lil Ġesù li f’dan is-Salm messjaniku, li huwa wieħed mill-iktar eċċitanti u nteressanti tas-Salterju, iħabbar it-twettiq tal-patt il-ġdid, jiġifieri dik l-“għanja ġdida” (Sal 40, 4) li se titwettaq bil-miġja fil-persuna tiegħu: “fil-profond ta’ qalbi”(Sal 40, 9). Mhux iktar is-sagrifiċċji tal-patt il-qadim, imma s-sagrifiċċju uniku u irrepetibbli ta’ “Bin Alla”, is-sagrifiċċju ta’ qalbu, minfuda għall-fidwa tal-bniedem. Hija din “il-ġustizzja” li huwa ħabbar “fil-ġimgħa l-kbira” (Sal 40, 10), jiġifieri s-salvazzjoni mwettqa f’wiċċ id-dinja, għall-fidwa ta’kull raġel u ta’ kull mara li jinsabu taħt is-sema.
4. L-aħħar kliem ta’ dan is-Salm irrivela d-dimensjoni universali tal-opra tar-Redentur, li kienet diġa espressa fl-ewwel qari tal-profeta Iżaija: “Tkun ħaġa żgħira wisq għalik li tkun il-qaddej tiegħi, biex tqajjem it-tribù ta’ Ġakobb u traġġa lura l-fdal ta’ Iżrael. Jiena nagħmel minnek dawl għall-ġnus, biex is-salvazzjoni tiegħi sa truf l-art tinfirex” (Iż 49, 5-6). Għal din il-viżjoni profetika jibqà kliem San Pawl fit-tieni qari ta’ dan il-Ħadd, li jitkellem dwar l-insara ta’ Korintu bħala dawk li “kienu mqaddsin minn Kristu Ġesù, imsejħin biex ikunu qaddissin flimkien ma’ dawk kollha li f’kull post isejħu isem il-Mulej tagħna u tagħhom” (1 Kor 1, 1-2).
Kif jidher b’evidenza ċara kemm fl-ewwel kif ukoll fit-tieni qari, dawn huma dwar salvazzjoni universali, li jkollha karattru spiritwali. F’Iżaija titkellem dwar dawl kbir, li se jġib lin-Nazzjonijiet l-għarfien tal-Alla uniku veru u tal-mibgħut tiegħu, Kristu Sidna. Infatti ix-xwejjaħ Xmun hekk sellem lit-tfajjel Ġesù, meta l-ġenituri tiegħu ppreżentawh fit- tempju: “Dawl li jdawwal il-ġnus u glorja tal-poplu tiegħek Iżrael” (Lq 2, 32). Appuntu dwar Kristu, dawl u salvazzjoni, għandhom bżonn illum, bħal lbieraħ, il-bnedmin kollha: dawk qrib u dawk imbegħda, dawk li jemmnu u dawk li ma jemmnux, billi hu sar għal kulħadd “kawża ta’ salvazzjoni eterna” (Lh 5, 9).
5. B’dawn il-ħsibijiet li jiġuna mil-liturġija ta’ dan il-Ħadd u b’mod partikolari mill-figura enerġetika u affaxxinanti tal-Battista, li intom tqimu bħala parun, nesprimi f’għaqda magħkom lill-Kardinal Vigarju Ugo Poletti u lill-Isqof awżiljarju tas-settur, Monsinjur Alessandro Plotti, lilkom ilkoll hawn preżenti u lill-komponenti kollha ta’ din il-Komunità parrokkjali it-tislim l-iktar kordjali tiegħi. Insellem lis-saċerdoti tal-Opus Dei, li lilhom ġiet afdata l-attenzjoni pastorali ta’ dan il-kwartier Tiburtin: bmod partikolari nindirizza ħsieb ta’ mħabba lill-Monsinjur Alvaro del Portillo, Prelat tal-Opus Dei, li diġa bħala kollaboratur tal-fundatur ispirat, il-Qaddej ta’ Alla Josemaria Escrivá de Balaguer, ikkontribwixxa għat-twaqqif ta’ din il-parroċċa u taċ-ċentru internazzjonali tal-“Edukazzjoni, xogħol, tagħlim u sport”. Kuntent li sirt naf li f’din il-parroċċa jinsabu jaħdmu tliet komunitajiet reliġjużi femminili: is-Sorijiet tal-Vokazzjoni Divina, li jmexxu l-iskola materna u elementari ta’ Nostra Signora di Guadalupe; Ulied il-karità ta’ San Vinċenz de’ Paoli għall-apostolat soċjali, Is-Sorijiet reliġjużi tal-Viżitazzjoni ta’ Santa Marija, li jgħixu fil-klawsura.
Nieħu gost ukoll li sirt naf li fil-parroċċa jeżisti Uffiċċju Assistenza u grupp ta’ volontarjat Vinċenzjan, li joffru għajnuna konkreta lill-foqra u lill-familji fil-bżonn tal-kwartier. Hawn jaħdem ukoll grupp tat-Terza Età li jipprovdi għall-għajnuna tal-anzjani. It-tifħir tiegħi jmur ukoll għall-Katekisti, li taħt it-tmexxija tal-kappillan Dun Francesco Angelicchio, u tal-viċi kappillani, jiżvolġu azzjoni ta’ evanġelizzazzjoni dettaljata fid-diversi ambjenti tal-kwartier, billi jilħqu persuni ta’ kull kondizzjoni ta’ età.
Imma fuq kollox nixtieq nindirizza tislima speċjali lid-diriġenti u lill-membri taċ-ċentru Elis, li bl-opra ta’ promozzjoni umana u soċjali tagħhom jirrendu fertili l-art tal-kwartier kollu b’mod li jwittu t-triq għall-azzjoni pastorali tal-parroċċa. Dan iċ-ċentru huwa xhieda ċara tal-interess tal-Knisja għall-klassijiet tal-ħaddiema. Bħal kif kellu jgħid Pawlu VI fil-jum tal-inawgurazzjoni, din “hija opra tal-Vanġelu, kollha ndirizzatha jiġifieri għall-benefiċċju ta’ dawk li japprofittaw minnha. Din mhix sempliċi lukanda, linqas uffiċċju tax-cogħol sempliċi jew skola sempliċi, jew kamp sportiv kwalunkwè: dan huwa ċentru fejn il-ħbiberija, il-fiduċja, il-ferħ jiffurmaw atmosfera; fejn il-ħajja għandha d-dinjità tagħha, sens tagħha, tama tagħha; din hija l-ħajja nisranija, li hawn tesprimi ruħha u tiżvolġi ruħha, u li hawn trid turi lill-att prattiku ħafna ħwejjeġ tassew interessanti għal żmienna” (Insegnamenti di Paolo VI, III [1965] 649).
Għeżież żgħażagħ, kunu afu tapprofittaw minn din l-opportunità li toffri ruħha biex titgħallmu tgħixu fil-ferħ, fl-impenn uman u kristjan, u fl-għixien lejali mal-bnedmin. Waqt li titħarrġu professjonalment f’dan iċ-ċentru, agħtu prova li intom kapaċi tgħixu b’mod responsabbli u li twettqu dik l-esperjenza spiritwali, li tieħu d-dawl u s-sinifikat mill-persuna u mid-duttrina ta’ Kristu.
6. Għeżież ħuti!
Għaddew kważi elfejn sena minn meta l-antenati mbegġda tagħkom – ir-Rumani – fit-tempji taċ-Ċesari tal-imperu antik, irċivew minn xuftejn l-Appostli Pietru u Pawlu l-messaġġ evanġeliku.
Mill-bidu ir-raġġ tal-misteru tar-Redenzjoni infirex fuq din il-belt, li tagħha llum intom ċittadini.
Niġi għandkom bħala Isqof ta’ Ruma biex nagħti xhieda għal dan il-misteru feddej:
– biex nipprofessa l-Verb li sar bniedem u ġie biex jgħammar fostna.
Fl-istess ħin, bis-saħħa ta’ dan il-ministeru tiegħi, nagħmlilkom domanda li titnissel mil-liturġija tallum:
-Ilkoll nilqgħu dan il-Verb li sar bniedem?
-ilkoll niksbu mingħandu din il-qawwa biex insiru wlied Alla?
Dawn huma domandi fundamentali.
Is-servizz veskovili appuntu jikkonsisti fl-għemil instankabbli ta’ dawn id-domandi fundamentali sabiex jinstabu dejjem it-tweġibiet fil-komunità ta’ kull parroċċa.
Infatti l-komunità kollha tal-Knisja iġġorr fiha parteċipazzjoni ħajja għal dik il-“Magħmudija bl-Ispirtu Santu” li, skont il-kliem tal-Prekursur tiegħu, kellha bidu fuq ix-xtut tal-Ġordan b’Ġesù ta Nazzaret: imwieled minn Marija Verġni, Iben Alla l-ħaj.
Jalla din il-komunità wkoll tipparteċipa dejjem b’mod ħaj f’dan il-misteru ta’ grazzja u ta’ tiġdid u tgħix bil-grazzja tar-Redenzjoni.
Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb