Mela darba …
Ftit ilu, is-Sibt f’xi l-ħamsa
ta’ filgħaxija dħalt fi knisja kbira,
meta kienu qed jgħidu r-Rużarju
qabel il-Quddiesa.
Nies kien hemm waħdiet
’l hemm u ’l hawn,
u siġġijiet vojta
kien hemm kemm trid.
Kelli envelope lest bil-bolla
kemm nimpustah u kelli wkoll żewġ CD’s.
Ħadt il-ktieb tal-kant u karta tal-Quddiesa,
u flimkien mal-envelope u s-CD’s
qegħidthom fuq is-siġġu ta’ ħdejja.
Is-Sibt filgħaxija l-Quddiesa tkun itwal
minħabba l-prietka u ma ridtx
inżommhom il-ħin kollu f’idejja,
la kien hemm siġġijiet vojta madwari.
Ħriġt il-kuruna u qgħadt ngħid
ir-Rużarju mar-raġel li kien
qed jgħidu fuq il-microphone.
Wasal il-ħin tal-Quddiesa.
Ġiet mara min-naħa tax-xellug tiegħi
u waqt li b’idejha wrietni
s-siġġu ta’ ħdejja,
fejn kelli l-envelope, is-CD’s u l-ktieb,
qaltli: “Hawnhekk hawn xi ħadd?”
M’għaddietx minuta li ma ġewx
żewġ nisa anzjani u qagħdu
fuq iż-żewġ siġġijiet eżatt
wara s-siġġu fejn kelli l-envelope,
is-CD u lktieb.
“Hiii,…” qalet waħda minnhom,
“dawn mhux tagħna!”
Jiġifieri: “Aħjar tneħħihom minn hawn!”
Hekk kelli nagħmel, u poġġejthom
fuq is-siġġu ta’ quddiemi.
Ma damux ma ġew raġel u mara,
u kif rajt li l-mara għoġobha
toqgħod fuq is-siġġu ta’ quddiemi,
neħħejt l-envelope,
il-ktieb u sCD’s u żammejthom f’idejja,
sakemm dejquni u poġġejthom fl-art.
Ridt nibki meta ftit wara ndunajt
li din il-mara, li kien fiha mhux ħażin,
kienet ressqet is-siġġu lura
biex tkun iktar komda,
u s-sieq tas-siġġu kien qed jagħfas
fuq l-envelope tiegħi.
Stennejt sakemm tqum għall-Alleluia.
Għollejt ftit is-siġġu
u ħlist l-envelope minn dak it-toqol
u poġġejt kollox fl-art.
Imma l-istorja ma waqfitx hawn!
Meta s-sagristan ġie jiġbor wara l-prietka,
rifes l-envelope u ħalla fuqu
l-marka ta’ żarbun daqsiex!
Stennejt sakemm tqum għall-Alleluia.
Għollejt ftit is-siġġu
u ħlist l-envelope minn dak it-toqol
u poġġejt kollox fl-art.
Imma l-istorja ma waqfitx hawn!
Meta s-sagristan ġie jiġbor wara l-prietka,
rifes l-envelope u ħalla fuqu
l-marka ta’ żarbun daqsiex!
_____
Ġesù qalilna li aħna se mmorru l-ġenna
jekk nieħdu paċenzja.
U l-paċenzja rridu neħduha
kuljum u ma’ kulħadd.
Wara kollox,
min jaf kemm l-oħrajn jieħdu
paċenzja bina!
Ġesù wkoll jieħu paċenzja bina.
Jaħfrilna meta nagħmlu
dak li ma jogħġobx lilu.
(mill-ktieb għat-tfal ‘QABEL NORQOD’)
