Hekk kif f’Għawdex fix-xahar ta’ Ottubru fetħet il-Viżta Pastorali, ir-Rivista Il-Ħajja f’Għawdex tirrapporta dwar dan l-avveniment storiku għall-Knisja, fejn l-Isqof qiegħed iżur parroċċa parroċċa. Jitfakkru wkoll żewġ traġedji ‘Għawdxin’ li t-tnejn bħal intilfu qalb il-paġni tal-istorja tal-gżira. L-intervista tistħarreġ il-karriera ta’ żagħżugħa Għawdxija b’responsabbiltà importanti fil-qasam tas-saħħa fl-Ingilterra. Naqraw ukoll dwar l-aspirazzjonijiet tal-Isqof Mikiel Gonzi li jilħaq Arċisqof Malta wara snin fit-treġija tad-Djoċesi Għawdxija, kif ukoll dwar kif il-Victoria Hotspurs saru l-ewwel tim tal-futbol Għawdxi li ssieħeb mal-MFA.
