ILMENTAW GĦAX TFAL KANTAW ‘CAROLS’ FIL-PUBBLIKU

Joe Galea

Fil-jiem ta’ qabel il-Milied, tfal mill-iskola primarja ‘Saint Mary’ kantaw carols tal-Milied fil-beraħ fil-villaġġ ta’ Prestwich, fl-Ingilterra. Għalkemm kien hemm min ilmenta li din l-attivitaà tippromwovi l-Kristjaneżmu u għalhekk m’għandhiex tibqa’ ssir, dawk li kienu għaċ-ċelebrazzjoni kienu ferħanin bil-carols u ddeskrivew kemm il-‘carols’ kienu ta’ gost għal kulħadd.

L-awtoritajiet tal-villaġġ qalu li meta qablu li jgħinu biex jappoġġjaw dan l-avveniment ma kellhom l-ebda intenzjoni li jikkawżaw offiża lil xi ħadd. In-nies preżenti qalu li huma favur li l-avveniment jibqa’ jsir kull sena. Ir-residenti tal-madwar offrew biex iżejnu siġra tal-Milied u jnaddfu ż-żona wara li l-maltempata ‘Darragh’ laqtet il-villaġġ fi tmiem il-ġimgħa ta’ qabel. Il-familji servew mince pies u nbid sħun lill-adulti.

Il-post fejn sar il-kant tal-carols fi Prestwich, l-Ingilterra

Din kienet i-tieni sena li saret l-attività tal-kant tal-‘carols’ mit-tfal tal-iskola ‘Saint Mary’. L-idea oriġinali ġiet minn membru tal-komunità lokali, u ħafna qablu li kienet idea tajba. L-awtoritajiet kienu kuntenti li jaħdmu mal-iskola ‘Saint Mary’ biex l-idea sseħħ. Ħafna min-nies tal-qrib kienu involuti, iqiegħdu dekorazzjonijiet u dwal biex iż-żona tidher festiva kif inhu xieraq. Mingħajr l-għajnuna u l-ħidma ta ‘grupp żgħir ta’ nies ma kienx ikun possibbli l l-avveniment iseħħ. It-tfal u l-għalliema għaddew ħafna ħin jagħmlu l-provi u f’dik il-lejla dehru verament li qed jieħdu pjaċir. Uħud mill-ġenituri kantaw flimkien mat-tfal tagħhom. Uħud stqarrew li l-kant tal-‘carols’ kien parti importanti mill-bini ta’ spirtu b’saħħtu komunitarju u ġab ferħ u dawl f’dan iż-żmien tas-sena.

L-awtoritajiet ta’ Prestwich qalu li eżatt qabel irċevew ilment li l-avveniment m’għandux iseħħ peress li kien assoċjat ma’ reliġjon partikolari u għalhekk jippromwovi reliġjon waħda fuq oħrajn. Għalhekk iddeċidew li jieħdu l-fehmiet tar-residenti kollha taż-żona biex jaraw kemm din il-fehma kienet mifruxa. Il-fehmiet kollha li rċevew ittieħdu bis-serjetà skont il-kodiċi tat-tmexxija f’din iż-żona. Qalu wkoll li probabbli li xi nies iddejqu bl-ilment u bl-istħarriġ li ntbagħat iżda huma ħassew li kien importanti li jieħdu l-idea tar-residenti. Se jippubblikaw ir-riżultat tal-istħarriġ fis-sena l-ġdida.

Nittamaw li jirbaħ is-sens komun, għax kull ċelebrazzjoni minnha nfisha fiha dak l-element li mhux bilfors tingħoġob minn kulħadd. Imma l-ftit ilmenti m’għandhomx ifixklu inizjattivi ta’ ferħ, ta’ kant u ħbiberija li jgħinu l-komunità, f’dan il-kas dik ta’ Prestwich.  

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading