Għall-Vokazzjonijiet għas-Saċerdozju u għall-Ħajja Reliġjuża
Nitolbu biex il-komunità ekkleżjali tilqa’ x-xewqat u d-dubji ta’ dawk iż-żgħażagħ li jħossuhom imsejħin jaqdu l-missjoni ta’ Kristu fis-Saċerdozju u fil-Ħajja Reliġjuża.
Sfidi ta’ Żminijietna fit-Talb …
Current Issues in Prayer …
Adorazzjoni skont il-Fehma tal-Papa …
Poster bil-Malti …
Poster in English …
Għall-Vokazzjonijiet għas-Saċerdozju u għall-Ħajja Reliġjuża
Meta kelli sbatax-il sena, kont nistudja u kont naħdem. Kelli l-pjanijiet tiegħi. Ma kont qed naħseb xejn biex insir qassis. Imma jum wieħed dħalt il-knisja… u Alla kien hemm, jistenna lili!
Alla għadu jsejjaħ liż-żgħażagħ illum ukoll, kultant b’mezzi li ma nistgħux nimmaġinaw. Xi drabi ma nisimgħuhx għax mehdijin wisq bl-affarijiet tagħna, bil-pjanijiet tagħna, anke bl-attivitajiet tagħna fil-Knisja.
Imma l-Ispirtu s-Santu jkellimna wkoll bil-ħolm, u jkellimna bit-tħassib li jkollhom f’qalbhom iż-żagħżagħ. Jekk nakkumpanjawhom fi triqathom, nindunaw kif il-Mulej qed jagħmel ħwejjeġ ġodda magħhom. U nkunu nistgħu nilqgħu s-Sejħa tiegħu b’modi li jaqdu aħjar lill-Knisja u lid-dinja ta’ llum.
Ejjew nagħtu fiduċja liż-żagħżagħ! U fuq kollox, ejjew nafdaw f’Alla għax Hu jsejjaħ lil kulħadd!
Nitolbu biex il-komunità ekkleżjali tilqa’ x-xewqat u d-dubji ta’ dawk iż-żgħażagħ li jħossuhom imsejħin jaqdu l-missjoni ta’ Kristu fis-Saċerdozju u fil-Ħajja Reliġjuża.