ĊELEBRAZZJONI LITURĠIKA
GĦALL-ĠUBLEW TAL-KOMUNITAJIET
B’PERSUNI B’DIŻABILITÀ
OMELIA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Is-Sibt, 31 ta’ Marzu 1984
1. “Il-kotra kbira ta’ dawk li emmnu kienu qalb waħda u ruħ waħda . . . iżda kellhom kollox flimkien . . . kulħadd kien iġibhom ħafna . . . Ħadd minnhom ma kien jonqsu xejn” (At 4, 32-34).
Is-silta tal-Atti tal-Appostli li għadna kemm qrajna, iddeskrivatilna lill-komunità nisranija primittiva, li nġabret madwar l-Appostli, li “kienu jagħtu xhieda tal-qawmien tal-Mulej Ġesù b’qawwa kbira l” (At 4, 33). Dan huwa kwadru vivaċi ta għaqda u ta’ solidarjetà fraterna, hekk meħtieġa għall-iżvilupp tal-kristjanità naxxenti. Ukoll aħna llum, hawn miġburin madwar l-altar biex niċċelebraw l-Ewkaristija, quċċata, sors u ċentru tal-ħajja nisranija, nixtiequ niffurmaw kumunità ta’ aħwa, uħud minnhom milquta minn kondizzjonijiet ta’ tbatija partikolari, u oħrajn huma qrib tagħhom minħabba mottivi ta’ assistanza ta’ mħabba.
Aħna lkoll nixtiequ nwettqu “qalb waħda u ruħ waħda” fid-disponibiltà biex nilqgħu l-kelma ta’ Alla, li tisfidana wkoll fir-rigward tal-problema speċifiika ta’ dawn ħutna handikappati, billi tistedinna għall-konverżjoni u għar-rikonċiljazzjoni, oġġettiv primarju ta’ din is-Sena Mqaddsa tar-Redenzjoni.
Iva, irridu nkunu komunità nisranija mitmugħa mill-qawwa tal-ħobż tal-ħajja, miġbura madwar l-Isqof ta’ Ruma u suċċessur ta’ Pietru, biex tgħix b’mod abbundanti l-grazzja tal-Ġublew li hi qabel kollox don inesprezzabbli ta’ Alla, laqgħa mimlija bil-ħniena tiegħu u bl-imħabba ġeddieda tiegħu. Imma tali grazzja tikkorrispondi fina responsabiltà preċiża: tittraduċi d-don ta’ Alla fi qsim solidali, fi mħabba lejn dawn ħutna maskili u femminili milquta minn diżabilità. Hekk dan il-jum għandu jkun ikkaratterizzat mir-rieda li nibnu stil ta’ ħajja komonunitarja, anzi fraterna, sensibbli għall-esiġenzi tal-ġustizzja u tas-solidarjetà.
Waqt li nħallu wara spallejna l-egoiżmi tagħna, l-eżitazzjonijiet tagħna, il-biżgħat tagħna u waqt li nitolbu maħfra għal dan kollu, irridu nirrikonċiljaw ruħna tassew ma’ Alla u ma’ ħutna iktar debboli, u wkoll mal-bżonnijiet l-iktar ħajjin tagħhom, billi nifhmuhom u nagħmluhom tagħna.
2. Għeżież ħuti batuti, dan il-pellegrinaġġ tagħkom huwa bla dubju l-iktar wieħed għal qalbi. Intom tirrapreżentaw lill-Knija li tbati u li taċċetta b’tali fiduċja totali r-rieda ta’ Alla, fil-pjan misterjuż tar-redenzjoni mwettqa permezz ras-salib u tal-qawmien mill-imwiet. Irċievu t-tislima tiegħi l-iktar kordjali u t-tħaddina tiegħi.
Flimkien magħkom nixtieq insellem lill-akkumpanjaturi tagħkom u lill-organizzaturi tal-pellegrinaġġ, lir-rappreżentanti kollha tal-gruppi parrokkjali, tal-iskejjel, tal-fabbriki tal-koperattivi, tal-assoċjazzjonijiet u l-istituzzjonijiet fejn intom kontu mdaħħla u tirċievu l-kura u l-assistenza u fuq kollox għajnuna għal integrazzjoni valida. Insellem ukoll lid-delegazzjonijiet ġejjin minn diversi bliet tal-Italja u minn ċentri Ewropej importanti. Lil dawn kollha nindirizza ir-ringrazzjament ħaj tiegħi ta’ mħabba.
3. Intom tinsabu miġbura hawn biex tenfasizzaw il-messaġġ feddej u universali tar-redenzjoni, li, imwettqa minn Sidna Ġesù Kristu dsatax il-seklu u nofs ilu, hija għadha preżenti u effikaċi, b’mod speċjali permezz tas-sagrifiċċju ewkaristiku; intom ġejtu biex tħabbru u tixhdu lid-dinja kollha li ma teżistix biss storja profana, imma għall-kuntrarju l-unika “storja tas-salvazzjoni” li tiżvolġi madwar is-salib u l-qawmien mill-imwiet ta’ Kristu.
L-istennijiet tagħkom, minkejja li jgħaddu mill-misteru tad-dulur innoċenti, huma ndirizzati lejn il-qawmien mill-imwiet tal-bniedem kollu kemm hu, lejn il-liberazzjoni qabel kollox mill-kundizzjonament tad-dnub, imma wkoll minn dawk tal-mard ta’ kull forma ta’ diżabiltà fiżika u psikika.
U xinhi t-tweġiba ta’ Kristu għall-istenniji tagħkom? Huwa se jiddiżappuntakom? Kristu Ġesù joffri s-salvazzoni totali tal-bniedem u f’tali sens trid tiftiehem l-bxara profetika u eskatoloġika ta’ Iżaija li smajna: “(Alla) stess ġej biex isalvakom. Imbagħad jinfetħu għajnejn l-għomja . . . jinfetħu widnejn it-torox, Imbagħad iz-zopp jaqbeż bħal għażżiela u ilsien l-imbikkem jinħall bil-ferħ. Iva, igelgel l-ilma fid-deżert, u l-widien fix-xagħri” (Iż 35, 4-6). Din hija kollha kemm hi esplużjoni ta’ Ferħ, espress bi xbihat ħajjin, quddiem is-salvazzjoni tal-bqija ta’ Iżrael rieġa lura mill-iskjavitù sabiex jiffjorixxi l-art imwegħda; u fl-istess ħin esplużjoni ta’ ferħ fil-prospettiva tal-konsumazzjoni tas-salvazzjoni li se jwettaq l-Iben ta’ Alla Ġesù Kristu, permezz tal-opra tar-redenzjoni.
Huwa se jagħti twettiq ukoll litterali lill-kliem ta’ Iżaija, kif inhu mixhud fis-silta evanġelika li għadha kemm inqrat. “Ibni, inħafrulek dnubietek” (Mk 2, 5), jgħid Ġesù lill-paralitiku; bi tweġiba mbagħad lill-akkużaturi muti tiegħu Ġesù iżid: “Sabiex tkunu tafu li Bin il-bniedem għandu s-setgħa fl-art li jaħfer id-dnubiet, ngħidlek: qum, aqbad friexek u mur lejn darek” (Mk2, 10-11). Ġesù jwettaq, bħala l-messija, redentur u Mulej, dak li l-profeta ħabbar bil-quddiem: Ġesù li dar il-Galilea kollha jippriedka l-bxara t-tajba tas-saltna “ifejjaq kull xorta ta’ mard u diżabiltà tal-poplu” (Mt 4, 12-33).
Il-bxara tas-saltna ta’ Alla – li tappella għall-fidi, issejjaħ għall-konverżjoni u li twassal għall-imħabba – hija akkumpanjata minn manifestazzjonijiet awtentiċi ta’ din l-imħabba għax-xorti ta’ dawk l-iktar dgħajfa u fil-bżonn. Is-saltna ta’ Alla ixxaqleb lejn il-milja tal-laqgħa tal-bniedem mal-Ħallieq u Missier tiegħu, imma l-fidi fil-possibiltà rejali ta’ tali laqgħa hija mqanqla mill-opri tal-imħabba: “U biex tkunu tafu li Bin il-bniedem għandu s-setgħa li jaħfer id-dnubiet . . . jiena ngħidlek: qum”.
4. Is-salvazzjoni li Kristu Ġesù offra lill-bniedem, u li kellha wirjiet mirakolużi tant evidenti matul il-ġurnata terrena tkompli tkun operanti wkoll illum, f’dan it-tmiem tat-tieni millenju tal-era kristjana?
Hemm bżonn li ngħidu: iva, Alla huwa fidil għalih innifsu u għall-wegħdi tiegħu. Imiss lilna, Knisja, komunità messjanika, inkomplu tali opra ta’ redenzjoni totali mwettqa mill-Mulej, billi noperaw b’fidi sabiex ħutna iktar dgħajfa – tkun xi tkun il-minoranza tagħhom – ikunu mserrħa u wkoll meħlusa mis-sitwazzjonijiet preżenti tagħhom.
Il-prospettiva tas-salvazzjoni totali mwettqa minn Kristu, jixirqilha, f’dan il-waqt sagru, approfondiment qasir, addizzjonali.
L-opra redentriċi ta’ Kristu tgħaddi misterjożament mis-salib, li għaliha lkoll imsejħin biex nieħdu sehem, ħadd mhu eskluż; salib li jogħla hekk evidenti fuq il-membri ta’ dawn ħutna batuti. Wieħed ma jistax jifhem is-salvazzjoni totali mingħajr is-salib, aċċettat bi mħabba u bħala espressjoni – l-iktar għolja – tal-imħabba. Din hija dik diġa migħuda fl-Ittra Apostolika Salvifici Doloris (cf. Ioannis Pauli PP. II, Salvifici Doloris, n. 13). Ilkoll, mhux biss ħutna maskili u femminili milquta mid-diżabilità, aħna msejħin biex nilqgħu s-salib u għandna kull wieħed u waħda s-salib: “Min ma jerfax salibu . . . ma jistax ikun dixxiplu tiegħi” (Lk 14, 27), jgħid Ġesù.
Fl-aċċettazzjoni tas-salib, it-tbatija tibdel is-sinjal, din tassumi is-sinifikat sħiħ tiegħu: dak ferrieħi tal-imħabba. Għajnuna fundamentali li jmissna noffru lil ħutna batuti hija dik li nkunu aħna kredibbli permezz ta’ opri ta’ mħabba, sabiex huma jkunu mgħejjuna biex jaċċettaw il-pjan divin misterjuż fuq is-salib tagħhom.
5. Is-salib, min-naħa tiegħu, fih orjentament intrinsiku u li ma jistax ikun ikkontrollat lejn ir-rebħa tal-qawmien mill-imwiet. Il-għan tas-salvazzjoni redentriċi huwa l-irkupru tal-esseri uman kollu: spiritwali u fiżiku. Tar-ruħ u tal-ġisem. Hekk se jkun fil-fażi definittiva tas-saltna ta’ Alla.
Min hawn titnissel l-urġenza essenzjali tal-impenn tan-nisrani biex jantiċipa l-milja tal-ħajja u tal-ferħ li se jikkostitwixxi l-esperjenza tal-eternità.
Kif tantiċipa tali milja ta’ ħajja u ta’ ferħ, tali rebħa fuq it-tbatija wkoll ful-ġisem?
Dan jinkiseb qabel kollox mill-għaqda tal-erwieħ u tal-qlub, fil-kondiviżjoni effettiva tat-tbatija . . . Ejjew għal dan il-għan nisimgħu il-leħen tal-Appostlu Pawlu: “Ilqgħu . . . lil xulxin bħalma Kristu wkoll laqà lilkom” (Rm 15, 7); “Erfgħu t-tagħbijiet ta’ xulxin” (Gal 6, 2). Hemm bżonn li aħna nerfgħu rejalment tali piżijiet, jekk irridu nkunu nsara, inkella nirriskjaw li niddiżappuntaw, f’sitwazzjonijiet konkreti, il-kelma ta’ Alla dwar it-tbatija, li diffiċilment tistà tkun aċċettata minn min mhux influwenzat b’mod profond. Huwa meħtieġ li noħolqu ma’ ħutna milquta mid-diżabiltà klima ta’ mħabba vera, rapport ta’ kondiviżjoni ntensa u mhix sfuġġenti.
L-imħabba tittrasfigurixxi, l-imħabba ġġiegħel li dak li jkun ikun milqugħ, l-imħabba tirrendi possibbli fuq kollox il-miraklu tat-trasformazzjoni tal-qalb, tal-interrjorizzazzjoni tal-pjan divin fuq it-tbatija. Dawn ħutna għandhom iħossuhom effettivament tali f’nofsna u mhux biss minn dawk li jieħdu ħsiebhom. F’dan ir-rigward, il-komunitajiet insara għandhom joffru sinjali evidenti ta’ kredibiltà, sabiex hutna milquta mid-diżabiltà ma jħossuhomx barranin fid-dar komuni li hija l-Knisja. L-imħabba lejhom għandha tkun ġenwina, personali, diretta. Ma nistgħux nieħdu ħsieb dawn ħutna għal skopijiet oħra – li faċilment jistgħu jiddefsu – li mhumiex dawk għall-ġid tagħhom biss, tas-sudisfazzjo tal-istennijiet ġusti tagħhom.
6. L-istennijiet ġusti ta’ ħutna: hawn hu pass ieħor li jrid jitwettaq biex nantiċipaw hawn isfel dik il-milja ta’ ħajja u ta’ ferħ, dik ir-rebħa fuq it-tbatija li għaliha għamilt aċċenn qabel. Fil-qosor, l-istennija ġusta preminenti ta’ ħutna hija din: l-integrazzoni ekwilibrata imma effettiva fl-għamla tal-konvivenza ċivili, biex iħossuhom fiha membri sħaħ. Ejjew ma nqisux d-diżabiltà bħala fatt drammatiku u innaturali – dan ma jservix għajr biex jaqtà qalb u jiddiskrimina – imma pjuttost bħala kondizzjoni ta’ dgħufija li tittraduċi ruħha għas-soċjetà nisranija u ċivili fi prova tal-livell tagħha ta’ fidi u ta’ umanità.
Dawk ta’ milqutin minn diżabiltà huma bżonnijiet normali ta’ suġġetti ta’ ċerti punti di vista iktar dgħajfa, imma dejjem persuni li jaspiraw għall-valurizzazzjoni sħiħa tagħhom. Huma, sostnuti b’effikaċja, jistgħu joħorġu fihom enerġiji u valuri eċċezzjonali ta’ utilità kbira għall-kuminità kollha. L-integrazzjoni fit-tessut ċivili għandu jkun indirizzat b’mod preferenzjali biex iżomm ħajja f’dawn ħutna dik il-fiduċja u dak il-kuraġġ li jippermettulhom li jsiru bennejja attivi tal-promozzjoni tagħhom.
Dawn aċċennatu hawn fuq huma prinċipji ġenerali li jittraduċu ruħhom f’linji operattivi individwati b’tant imħabba, kif intwera mill-isforzi diġa mwettqa. Is-Santa Sede, fuq l-imsemmija argumenti, ippubblikat dokument importanti fl-1981, sena internazzjonali tad-diżabilità, li jkun tajjeb li nduru lejh sikwit biex ninstawraw azzjoni effettiva. Huwa meħtieġ li nagħrfu bil-fatti li l-persuna diżabilitatha hija suġġett uman għal kollox bi drittijiet sagri u invjolabbli; li hija għandha tkun iffaċilitatha biex tieħu sehem fil-ħajja tas-soċjetà f’kull dimensjoni aċċessibbli; li l-kwalità ta’ soċjetà titkejjel mir-rispett li din turi lejn dawk l-iktar dgħajfa tal-membri tagħha.
7. Dak kollu li għedna s’issa huwa konsekwenzjali mal-kelma ta’ Alla.
Il-grazzja tas-Sena Mqaddsa hija grazzja ta’ rikonċiljazzjoni ma’ Alla u ma’ ħutna: ma’ dawn ħutna u l-bżonnijiet tagħhom. Ejjew nirrikonċiljaw ruħna ma’ Alla (cf. 2 Kor 5, 20) u ejjew niotolbu għajnuna f’din iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika, biex nittraduċu f’opri l-kelma divina. Id-dmir jistà jidher diffiċli imma hekk tlabna bis-salm responsorjali: “Mulej, qawwa tiegħi, ejja iġri għinni” (Sal 22, 20). Il-Mulej – għandna nkunu ċerti – li mhux ‘il bogħod mill-isforzi tagħna u mill-għajnuna tagħna; huwa jrid jikkonċedilna l-grazzja li nħabbru bl-opri tagħna ismu lil ħutna iktar dgħajfa u biex infaħħruh flimkien magħhom f’nofs l-assembleja: it-tifħir tal-impenn tagħna ta’ mħabba. Lilkom ilkoll, animati minn proposti qaddisin “Alla tat-tama jimliekom b’kull ferħ u sliem permezz tal-fidi” (Rm 15, 13). Amen.
Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb