ĠUBLEW TAL-ĦADDIEMA
ĊELEBRAZZJONI EWKARISTIKA SOLENNI
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Bażilika ta’ San Pietru
Il-Ħadd, 18 ta’ Marzu 1984
“Itlaq minn art twelidek, u minn dar missierek, lejn l-art li jien nurik . .” (Ġen 12, 1).
1. L-amar ta’ Alla, li Abram – iktar tard imsejjaħ Abraham – irċieva b’dan il-kliem, jindika l-bidu tal-istorja ta’ dan il-missier tal-kredenti kollha. Abram, infatti, laqà b’fidi l-kelma tal-amar divin. Din saret ukoll il-bidu tal-peregrinazzjoni tiegħu minn Karran, tal-pajjiż ta’ Ur, lejn l-art ta’ Kanaan, li saret għalih l-art imwegħda minn Alla. Il-Mulej għamel ukoll wegħda oħra, meta qal lil Abraham:
“Nagħmel minnek ġens kbir, inbierkek u nkabbarlek ismek, u inti tkun barka . . . u jitbierku bik it-tribujiet kollha tal-art” (Ġen 12, 2-3).
Bis-saħħa ta’ dan il-kliem – għeżież ħaddiema maskili u femminili li ġejtu f’pellegrinaġġ Ruma – tibda l-peregrinazzjonio issa mhux biss dik terrena ta’ Abraham: peregrinazzjoni l-ewwel ta’ familja u mbagħad tar-razza, tat-tribù u tan-nazzjon, li timla l-istorja tat-Testment il-Qadim;
Peregrinazzjoni li tibda fil-fidi u li tkun x-xorti tal-ġenerazzjonijiet tal-poplu ta’ Alla fil-Patt il-Qadim u fil-Ġdid.
Dan huwa pellegrinaġġ li għandu dimensjoni spiritwali u soprannaturali: dan huwa firxa nterna lejn id-direzzjoni indikata mill-wegħda tal-Alla tal-Patt, tal-Alla ta’ Abraham. Tali firxa, mibdija fil-fidi ta’ Abraham, issib il-quċċata tagħha fil-miġja terrena ta’ Ġesù Kristu, l-Iben ta’ Alla. Minn din il-quċċata tinfetaħ il-prospettivas definittiva ta’ dik is-saltna ta’ Alla, li fiha jridu jsibu barka “l-familji kollha tal-art”.
Illum, it-tieni Ħadd tar-Randan, il-Knisja teħodna fuq tali quċċata, quddiem Kristu tal-wegħda messjanika: fuq il-muntanja Tabor, wara li wrietna il-bidu tal-ħajja spiritwali tal-poplu kollu ta’ Alla fil-qalb ta’ Abraham, missier il-kredenti kollha. Ir-Randan jikkostitwixxi għall-Knisja perijodu ta’ peregrinazzjoni fil-fidi partikolarment intensa.
. Il-Bażilika ta’ San Pietru illum tilqà lir-rappreżentanti tal-ambjenti tax-xogħol hawn miġbura minn bosta partijiet tal-Italja, minn diversi Pajjiżi tal-Ewropa u wkoll minn kontinenti oħra.
Jinsabu hawn magħna l-bdiewa, jiġifieri dawk li bix-xogħol ta’ kuljum tagħhom jieħdu mill-art il-prodotti li bihom kulħadd jaqtà l-ġuħ.
Hawn il-ħaddiema, jiġifieri r-rappreżentanti ta’ dik id-dinja tal-industrija li tat wiċċ ġdid liċ-ċiviltà tagħna.
Hawn imbagħad firxa kbira ta’ artiġjani, ta’ dik il-kategorija li jiġifieri fl-artikolazzjoni multiforom tiżvolġi parti mportanti fl-ekonomija. Artiġjani kienu wkoll San Ġużepp u Ġesù.
Huma preżenti wkoll il-kollaboratriċi familjari, li jirrapreżentaw lil numru enormi ta’ persuni li, fil-ħabi tal-ħitan domestiċi jieħdu ħsieb ix-xogħlijiet umli iżda indispensabbli tad-dar.
Il-ħsieb jestendi ruħu mbagħad għat-tekniċi, għall-impjegati, għan-nies tal-kummerċ, għall-personalitajiet tas-servizzi pubbliċi, u għall-emigranti. Għal kulħadd, bl-assikurazzjoni ta’ mħabbti, imur l-awgurju ta’ impenn fertili, dejjem konxju tal-valuri umani fundamentali inkwistjoni.
3. Għeżież ħuti marbutin mal-bank tax-xogħol, il-pellegrinaġġ ta’ kuljum tagħkom għall-oqbra tal-Appostli, postijiet magħmula sagri mill-martirju tal-qaddisin Pietru u Pawlu u ta’ tant xhieda erojċi oħra tal-misteru tar-Redenzjoni, jikkostitwixxi stadju partikolari ta’ dik il-peregrinazzjoni spiritwali, li l-bidu tagħha jmur lura għall-fidi ta’ Abraham.
Fl-istess ħin il-preżenza tagħkom tal-lum – fil-qafas tal-Ġublew tar-Redenzjoni – tippossiedi elokwenza partikolari. Tinsabu hawn bħala rappreżentanti kkwalifikati tad-dinja tax-xogħol waqt li ġġorru magħkom l-esperjenza vasta u multipla tax-xogħol uman u l-problemi numerużi li minnhom jinbtu għall-ħajja personali, familjari, professjonali u soċjali.
L-esperjenza tax-xogħol uman – l-esperjenza kollha, li għaddiet u ta’ issa, tax-xogħol uman – għandha l-bidu tagħha fil-kliem migħud mill-Ħallieq tal-ewwel raġel u tal-ewwel mara: “Ikbru u mmultiplikaw u rażżnu l-art” (cf. Ġen 1, 28). Ukoll jekk f’dan il-kliem ma jidhirx it-terminu “xogħol” hemm fih riferenza ċara. Il-kliem tal-Ħallieq jistabilixxi x-xogħol bħala koefiċjent kostanti tal-ħajja umana fil-prospettiva tal-eżistenza terrena.
Ix-xogħol jgħaqqad il-bniedem mal-art, mad-dinja, mar-riżorsi multipli tagħha. Dan iservi għall-isfruttament ta’ dawn ir-riżorsi u għall-bidla tad-dinja mill-punt di vista tal-bżonnijiet tal-bniedem. F’tali konċett hemm miġbur kwalumkwè xogħol uman, kemm fiżiku kif ukoll intellettwali. Wieħed jistà jgħid, billi nitilqu mill-kliem miktub fil-Ktieb tal-Ġenesi, li l-umanità bdiet il-peregrinazzjoni storika, li tgħaqqadha mal-art, u tgħaddi mill-ġrajjiet taċ-ċiviltajiet differenti u s-suċċessi miksuba mill-bniedem permezz tax-xogħol.
Fl-istess ħin iżda. Propju lil dan il-bniedem – marbut, permezz tax-xogħol, mal-art u mad-dinja viżibbli – jiġi ndirizzat, fil-persuna ta’ Abraham, il-kliem: “Itlaq minn artek!”. Dan kiem kliem ta’ Alla ħaj, li jiftaħ quddiem il-bniedem il-prospettiva tas-saltna tas-smewwiet bħala “art imwegħda”, simbolu tad-destin tiegħu definittiv, li huwa Alla nnifsu. Dan il-kliem jistà jiġi milqugħ biss permezz tal-fidi. U hekk laqgħu Abraham u d-dixxendenza spiritwali kollha tiegħu.
Id-dimensjoni tax-xogħol fil-vokazzjoni terrena tal-bniedem tingħaqad mad-dimensjoni tas-saltna ta’ Alla permezz tal-fidi.
4. F’dawn iż-żewġ dimensjonijiet jidħol Ġesù ta’ Nażżaret: Ġesù Kristu, dak li fih tilħaq il-quċċata l-wegħda magħmula lil Abraham. Kristu jħabbar il-Vanġelu tas-saltna tas-smewwiet u, fl-istess ħin, jiddedika għax-xogħol maġemb Ġużeppi, mastrudaxxa ta’ Nażżaret, il-biċċa l-kbira tas-snin ta’ ħajtu.
Propju għada, id-19 ta’ Marzu, taħbat is-sollennità annwali ta’ San Ġużepp. Din timponilna li naqraw attentament dan il-Vanġelu tax-xogħol, li Ġesù jipproklama b’ħajtu kollha, speċjalment b’ħajtu moħbija ġewwa Nażżaret, meta fiżikament kien jaħdem maġemb Ġużeppi u Marija.
B’din l-għażla tiegħu huwa għamel mix-xogħol parti integranti tal-opra tar-Redenzjoni. Ġesù Kristu feda d-dinja u lill-umanità, definittivament permezz tas-salib u tal-qawmien mill-imwiet. Dan ma jnaqqasx, iżda, li ħajtu kollha terrena sa mill-waqt tal-konċepiment fil-ġuf tal-Verġni-omm – u b’mod partikolari x-xogħol tiegħu – jinserixxi ruħu fit-totalità tal-missjoni redentriċi tiegħu, li għaliha huwa ġie fid-dinja. Kristu feda d-dinja wkoll permezz tax-xogħol.
F’dan id-dawl ix-xogħol uman jippreżenta lilu nnifsu bħala mifdi, jiġifieri mill-ġdid offrut lilna minn Alla, ħallieq u missier, f’Ġesù Kristu. U fl-istess ħin il-vanġelu tax-xogħol jipproklama li kull bniedem, li jaħdem f’għaqda ma’ Kristu, jipparteċipa fir- Redenzjoni imwettqa minnu. Ix-xogħol hekk jikseb valur ġdid għall-bniedem: isir xi ħaġa sagra.
Il-Knisja, tul is-sekli, kostantament ipproklamat il-vanġelu tax-xogħol. Enfasizzat il-valuri kollha tiegħu: soċjali, ekonomiċi, kulturali, fuq kollox enfasizzat id-dinjità personali tax-xogħol uman, u għallmet lil uliedha maskili u femminili biex jieħdu sehem permezz tax-xogħol fl-opra tar-Redenzjoni tad-dinja. F’din is-Sena Ġubilari tar-Redenzjoni, għal dan aħna msejħin b’mod partikolari!
5. It-trasfigurazzjoni fuq il-muntanja Tabor, li permez tal-qari tal-Vanġelu ta’ San Mattew tiġi lilna mfakkra mil-liturġija ta’ dan il-Ħadd tar-Randan, tikkostitwixxi kważi raġġ speċjali minn dak id-dawl, li Ġesù Kristu jitfà fuq il-ħajja u fuq l-immortalità tal-bniedem.
Din hija l-quċċata, li lejha ġenerazzjonijiet sħaħ tal-poplu ta’ Alla imorru jippellegrinaw fil-fidi, Dawn huma l-ġenerazzjonijiet tal-bnedmin tax-xogħol. U bnedmin tax-xogħol kienu wkoll it-tliet appostli Pietru, Ġakbu u Ġwanni, li lilhom kien afdat is-sehem fil-ġrajja fuq il-muntanja Tabor.
Permezz tal-Vanġelu tat-Trasfigurazzjoni, Kristu jitfà dawl partikolari fuq il-ħajja u fuq l-immortalità, li fihom il-bniedem għandu jieħu sehem fis-saltna tas-smewwiet. Dan il-Vanġelu jitkellem dwar l-elevazzjoni spiritwali tal-bniedem għax-xebħ ta’ Alla, u dwar l-immortalità tiegħu f’Alla. F’Ġesù Kristu l-bniedem jilħaq din l-elevazzjoni u din id-dinjità. Fih il-bniedem imur lejn il-propja immortalità glorjuża.
It-trafigurazzjoni tal-Mulej tħejji lill-Appostli għall-Passjoni ta’ Kristu, imma qabel kollox għall-Qawmien mill-mewt tiegħu.
6. Intom ilkoll, għeżież ħuti, li llum ħadtu sehem fl-Ewkaristija u smajtu l-Vanġelu tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej, qawwu l-fidi tagħkom fl-elevazzjoni spiritwali tal-bniedem f’Ġesù Kristu. U, fl-istess waqt, qisu f’liema mod tgħaqqdu din id-dimensjoni ta’ fidi – id-dimensjoni tas-saltna ta’ Alla, li fiha l-Vanġelu jiftħilna quddiemna l-prospettiva tal-immortalità – mad-dimensjoni tax-xogħol, li sa mill-bidu huwa l-vokazzjoni terrena tal-bniedem. Din il-vokazzjoni torbotna mad-dinja u tingħalaq bil-prospettiva tal-mewt.
Kif tgħaqqad dawn iż-żewġ dimensjonijiet: ix-xogħol u r-Redenzjoni, it-temporalità u l-immortalità?
Ejjew nisimgħu l-kliem tal-Appostlu Pawlu fl-Ittra lil Timotju: “Imma aqsam miegħi it-tbatija għall-Evanġelju u afda fil-qawwa ta’ Alla. Hu infatti salvana u sejħilna b’sejħa qaddisa . . . skont il-pjan tiegħu stess u skont il-grazzja tiegħu; Din il-grazzja tahielna qabel iż-żmien tal-eternità fi Kristu Ġesù. . .” (2Tm 1,8-9).
Ħudu sehem fix-xogħol tal-Vanġelu!
Hija propju din is-sejħa tas-Sena Mqaddsa tar-Redenzjoni, li twieġeb għall-pellegrinazzjoni tagħna fil-fidi. Wieġbu b’mod partikolari għall-pellegrinaġġ tallum tagħkom tal-Ġublew straordinarju.
“Aqsam int ukoll . . . għall-Vanġelu!”.
Dawn iż-żewġ dimensjonijiet: id-dimensjoni tax-xogħol u d-dimensjoni tal-fidi, mhumiex mifrudin, kif mhumiex id-dimensjoni tad-dinja u tas-saltna ta’ Alla.
Dawn ingħaqdu fil-ħsieb etern u fir-rieda eterna tal-Ħallieq. Sa mill-bidu, it-triq tal-fidi tgħaddi mix-xogħol, u t-triq tax-xogħol tgħaddi mill-fidi.
Ġesù Kristu – dak l-Iben għażiż li fih il-Missier isib l-għaxqa tiegħu – ikkonfermah bil-Vanġelu tax-xogħol kollu tiegħu .
Mhuwiex mela minnu li t-triq tal-fidi u t-tama tas-saltna ta’ Alla jaljenaw il-bniedem mix-xogħol. Il-verità hija il-kontra: huma propju dawn li jagħtu dawl sħiħ dwar ix-xogħol uman, huma huma li jiżvelaw sal-qiegħ is-sens u l-valur veru tiegħu. Huwa l-vanġelu tax-xogħol li jirrestitwixxi pjenament lill-bniedem ix-xogħol tiegħu Huwa biss jippermetti lill-bniedem li jwettaq lilu nnifsu bħala bniedem, waqt li bl-opra ta’ jdejh jittrasforma n-natura. Huwa biss jagħti lix-xogħol id-dinjità tiegħu. U fl-istess ħin, il-Vanġelu jwassal fuq il-quċċata ta’ “trasfigurazzjoni” permezz ta’ liema x-xogħol jieħu sehem fl-immortalità tal-bniedem, billi jsir it-triq tas-salvazzjoni tiegħu.
Biss meta jerġa jingħata kompletament lill-bniedem f’Ġesù Kristu, ix-xogħol isir don ta’ Alla lill-krejatura li għandha “trażżan l-art” (cf. Ġen 1, 28). U fl-istess ħin l-istess xogħol tal-bniedem għandu jsir dimensjoni ta’ dik l-art imwegħda lill-bniedem f’Alla, li lejha sejrin il-ġenerazzjonijiet tal-poplu ta’ Alla, li kibru mill-fidi ta’ Abraham.
7. Għeżież ħaddiema, Pellegrini tas-Sena Ġubilari tar-Redenzjoni! Ġorru magħkom dan id-don tal-kelma ta’ Alla, li l-Knisja toffri għall-meditazzjoni tagħkom f’dan il-Ħadd:
“Għax sewwa hi l-kelma tal-Mulej / kollox bil-fedeltà huwa għamel” (Sal 33, 4).
Jalla l-preżenza tagħkom ħdejn l-oqbra tal-appostli tqarrabkom lejn dik il-ġustizzja u lejn dik il-grazzja, li ngħatawlna f’Ġesù Kristu:
“Hu jħobb id-dritt u s-sewwa / bit-tieba tal-Mulej mimlija l-art” (Sal 33, 5).
“Ħa tkun, Mulej, it-tieba tiegħek fuqna, / kif fik hi t-tama tagħna” (Sal 33, 22).
Iva. Ħa tgħattikom l-grazzja tas-Sena Mqaddsa tar-Redenzjoni. Kunu qawwija bil-fidi li kienet propju tal-ġenerazzjonijiet kollha tal-poplu ta’ Alla. Kunu qawwija bil-vanġelu tax-xogħo f’Ġesù Kristu!
1. Il-grazzja u l-paċi ta’ Sidna Ġesù Kristu jkunu magħkom ilkoll, għeżież ħaddiema maskili u femminili, li ltqajtu hawn illum it-tirni Ħadd tar-Randan u l-vġili ta’ San Ġużepp, biex tiċċelebraw il-Ġublew tar-Redenzjoni.
Lilkom ilkoll nesprimi il-merħba kordjali tiegħi u t-tislima sinċiera tiegħi, billi nibda minnkom, li ġejtu minn kull naħa tal-Italja u li intom l-iktar numerużi. Insellem lil kull wieħed u waħda minnkom u wkoll lill-Assoċjazzjonijiet tagħkom.
Irrid li din il-laqgħa ta’ talb ġġegħlkom tħossu kemm il-Papa huwa qrib id-dinja tax-xogħol, u kemm iħobbkom, jistmagkom u jixtieq jgħinkom.
Niżżikom ħajr għall-preżenza hekk numeruża tagħlkom li tirrivela imħabbitkom lejn Sidna Ġesù Kristu, Feddej tal-bniedem, u lejn il-Knisja, li trid tkun qribkom fit-tbatijiet tagħkom u fil-ferħ tagħkom, fl-inkwiet tagħkom u fl-istennijiet u t-tamiet tagħkom.
2. Al disponernos a celebrar la Eucaristía en este día de Jubileo de los trabajadores, saludo a todos los presentes de lengua española. Al mismo tiempo deposito sobre el altar las intenciones personales y familiares de cada uno, de manera especial las de los miembros de la Hermandad Obrera de Acción Católica de España, de la que ha venido una nutrida representación. Pidamos al Señor, para que en el mundo del trabajo en general, y de modo especial en los ambientes de los aquí presentes, se viva en plenitud el empeño cristiano como trabajadores e hijos de la Iglesia, unidos siempre a las directrices dadas por vuestros Pastores.
3. Que le Christ soit avec vous, chers travailleurs venus des pays de langue française, du Mouvement Mondial des Travailleurs Chrétiens, de l’Action Catholique Ouvrière et de la Jeunesse Ouvrière Chrétienne de Paris, des Equipes Populaires et de la Vie Féminine de Bruxelles, des Equipes Sociales d’Action de Luxembourg, de la Communauté Romande de l’Apostolat des Laïcs de Lausanne: en fêtant saint Joseph, vous célébrez la dignité de votre travail et vous l’offrez avec le Christ Rédempteur, pour le progrès humain et spirituel de tous vos frères dont vous êtes solidaires.
4. In the communion of the universal Church I welcome the workers who have come from English-speaking countries. Upon all of you I invoke the light and strength of our Lord Jesus Christ, praying that you may always appreciate your Christian dignity. And in union with Christ, the Man of work, may you live a life worthy of your high calling as sharers in the activity of the Creator.
5. Im Namen Christi grüße ich euch, katholische Arbeitnehmer aus Deutschland und Osterreich sowie aus Südtirol. Mit Kollegen aus aller Welt bekennt ihr heute euren Glauben an Gott und seine befreiende Wahrheit. Seid herzlich willkommen in dieser graßen betenden Gemeinschaft! 6. [Omissis, saluti in lingua olandese]
7. O Senhor esteja convosco, amados trabalhadores de língua portuguesa! Saúdo e convido a todos à oferta e à prece, nesta Eucaristia: para que o vosso trabalho seja sempre glorificação de Deus, sirva a dignidade pessoal e exprima o amor com que colaborais com o Criador e o Redentor, para um mundo mais humano e cristão.