KONĊELEBRAZZJONI GĦALL-ĠUBLEW INTERNAZZJONALI TAL-KONFRATERNITAJIET
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Il-Ħadd, 1 ta’ April 1984
1. “Il-grazzja ta’ Sidna Ġesù tkun magħkom ilkoll” (1 Kor 16, v23).
B’dan il-kliem tal-Appostlu Pawlu, insellmilkom ilkoll, għeżież Membri tal-Konfraternitajiet hawn miġbura minn diversi partijiet tal-Italja u tad-dinja biex tiċċelebraw il-Ġublew tar-Redenzjoni. Nesprimilkom ukoll l-iżżi ħajr tiegħi għal dan l-ispettaklu ta’ fidi li llum qegħdin toffru lill-Knisja u lid-dinja, f’isem ir-rappreżentanza tal-Assoċjazzjonijiet rispettivi tagħkom, li tul is-sekli ma qatgħux jixhdu l-fedeltà propja lill-Knisja.
1.“Jiena id-dawl tad-dinja” (cf. Ġw 8,12).
“Sakemm għadni fid-dinja jiena d-dawl tad-dinja” (Ġw 9, 5).
Ġesù Kristu huwa fid-dinja. Jinsab f’nofs il-bnedmin. Il-biċċa l-kbira fost l-infeliċi. Il-Vanġelu kollu jikkonferma dan.
Illum fiċ-ċentru tal-Vanġelu u fiċ-ċentru tal-liturġija jinsabu Ġesù u raġel għama minn twelidu. Kristu jtih lura d-dawl u dan wettqu nhar ta’ Sibt.
Huwa jwettaq dan il-miraklu f’ċerti rispetti b’mod “ritwali”. L-ewwel jagħġen ftit trab tal-art bir-rieq u jidilku fuq għajnejn l-għama. Imbagħad jordnalu jinħasel fl-għadira ta’ Siloe. Wara li jkun inħasel, l-għama mwieled jerġà jakkwista d-dawl.
B’dan is-sinjal Ġesù ta’ Nażżaret juri ruħu bħala dawl id-dinja, qabel kollox, għaliex jirrendi possibbli il-vista lil bniedem għama: il-vista hija l-kapaċità tal-kuntatt mad-dawl tad-dinja esterna.
Imbagħad għaliex ħeles lil dan il-bniedem min-nuqqas tal-għama tal-ispirtu. Fetaħ il-vista ta’ ruħu għal Alla u għall-misteri tiegħu. Tali ftuħ tar-ruħ jissejjaħ fidi, li tfisser tkun f’kuntatt mad-dawl tad-dinja interna. Ir-raġel għama minn twelidu, wara li reġà akkwista l-kapaċità li jara, infetaħ fl-istess ħin għall-misteru ta’ Alla fi Kristu. Jistqarr il-fidi f’Bin il-Bniedem.
“Inti temmen f’Bin il-bniedem?” jistaqsi Ġesù (Ġw 9,35)
“Dan min hu, Mulej, sabiex jien nemmen fih?” iwieġeb l-imfejjaq?” (Ivi 9,36).
“Inti rajtu: dak li qiegħed jitkellem propju miegħek”(Ivi 9,37).
“Jiena nemmen, Mulej!” u nxteħet minn tulu quddiemu (Ivi 9, 38).
Il-ġrajja li naqraw fil-liturġija ta’ dan ir-IV Ħadd tar-Randan iġġegħlna nirriflettu dwar il-fidi tagħna fi Kristu, bin il-bniedem, fi Kristu, dawl tad-dinja. Indirettament din il-ġrajja tirreferi wkoll għall-Magħmudija, li hija l-ewwel sagrament tal-fidi: is-sagrament li jiftaħ l-għajnejn, permezz ta’ twelid mill-ġdid mill-ilma u mill-Ispirtu Santu; hekk kif seħħ lill-għama mwieled, li lilu nfetħulu għajnejh, wara li kien inħasel fl-ilma tal-għaidra ta’ Siloe.
2. Il-ġrajja rrakkontata fil-liturġija tallum turina wkoll li il-fidi tal-bniedem, imwieled mill-ġdid bil-qawwa ta’ Kristu, jiltaqà mas-suspett u saħansitra, in-nuqqas ta’ twemmin.
Sa ċertu punt huwa jrid iħabbat wiċċu ma dan is-suspett u n-nuqqas ta’ twemmin. Hekk tagħmel il-fidi tal-għama minn twelidu, li lilu Kristu reġà tah id-dawl ta’ għajnejh. Il-fidi tiegħu f’Bin il-bniedem tiltaqà mal-oppożizzjoni tal-Fariżej, man-nuqqas ta’ twemmin tagħhom. Mhux faċli għal raġel soċjalment imċekken li jopponi għal dan in-nuqqas ta’ twemmin il-fidi tiegħu. Madankollu quddiem it-tant akkużi, li l-interlokoturi jippreżentawlu dwar Ġesù, huwa għandu argument irrifjutabbli: lili reġà tani d-dawl: “L-ewwel kont għama issa qiegħed narakom” (Ġw 9, 25).
Minbarra n-nuqqas ta’ twemmin deċiż. Ir-raġel imfejjaq mill-għama konġenita jiltaqà wkoll mal-biżà u t-twerwir, saħansitra min-naħa tal-ġenituri tiegħu, li jippreferu ma jesponux ruħhom għar-ritaljazzjonojiet tal-Fariżej influwenti; “Aħna nafu li dan huwa binna u li twieled għama: imma mbagħad kif issa qiegħed jarana, ma nafux, linqas ma nafu min fetaħlu għajnejh, staqsu lilu, huwa kbir biżżejjed, biex jitkellem għalih innifsu” (Ġw 9, 20-21).
Hekk mela l-fidi tar-raġel, li lilu Kristu reġà tah id-dawl, jgħaddi minn prova iebsa, imma joħroġ minnha rebbieħ. Id-dawl li Kristu laqqam f’ruħu – mhux biss f’għajnejh – wera ruħu iktar qawwi min-nuqqas ta’ twemmin u mis-suspett, jirrivela ruħu wkoll iktar qawwi mill-biżat umani u mill-istess rieda tal-intimidazzjoni.
Dan kollu għandu l-elokwenza tiegħu mhux biss fil-kuntest ta’ dan ir-raġel reali u ta’ din il-ġrajja reali (li fil-Vanġelu ta’ Ġwanni hija deskritta b’mod straordinarju dettaljat), imma wkoll fil-kuntest tal-imġieba ta’ kull bniedem, ta’ kull nisrani.
Il-fidi ta’ kull wieħed u waħda minna mhix jewwilla esposta għad dgħufija tagħna stess, u wkoll għan-nuqqa ta’ twemmin, għas-suspett, għad-dubji, għall-pressjoni tal-opinjoni u. kultant, għall-intimidazzjoni, għad-diskriminazzjoni u għall-persekuzzjoni?
Ejjew naħsbu llum fil-bnedmin tad-dinja kollha, f’dawk kollha li lilhom Kristu tahom dawlu: għal liema diffikultajiet, oppressjonijiet, persekuzzjonijiet, tiġi esposta l-fidi ta’ bosta minnhom! U kemm spiss il-fidi jkollha tissielet mad-dgħufijiet ta’ kull wieħed u waħda minna!
Ejjew nitolbu għal fidi qawwija. Ejjew nitolbu għall-kuraġġ tal-fidi.
3. Għalhekk il-liturġija ta’ dan il-Ħadd iddur lejn Kristu-Ragħaj, li waħdu jmexxina fit-toroq tal-fidi:
“Il-Mulej huwa r-ragħaj tiegħi . . . / ħdejn ilma fejn nistrieħ, jeħodni. / Irejjaqni, imexxini fit-triq tas-sewwa, / minħabba l-isem tiegħu” (Sal 23, 1-3).
Minn hawn ejjew niksbu qawwa u kuraġġ f’nofs ul-provi u l-esperjenzi kollha:
“Imqar jekk nimxi f’wied mudlam, / ma nibżax mill-ħsara, għax inti miegħi” (Sal 23, 4).
Ir-raġel, li lilu Kristu reġà tah id-dawl tas-sensi u fl-istess ħin il-vista tar-ruħ, għandu dan l-għarfien, li r- Ragħaj it-tajjeb huwa miegħu. Huwa hu li jiggwidah lejn il-mejda tal-Ewkaristija, li fiha l-pellegrin fiż-żmien jirrinfreska l-qawwiet ta’ ruħu għall-mixja tal-eternità:
“Int tħejji mejda għalija / quddiem l-għedewwa tiegħi; / b’żejt tidlikli rasi . . .” (Sal 23, 5).
L-għaqda hija s-simbolu tal-qawwa spiritwali. Il-Fidi tikkostitwixxi sintesi speċifika ta’ dawl u ta’ qawwa ta’ spirtu, li jiġu mingħand Alla, u l-liturġija ta’ dan il-Ħadd tenfasizzah.
Dwar l-għaqda ikellimna l-ewwel qari tal-Ktieb ta’ Samwel. Il-profeta mibgħut f’dar Ġesse l-Betlemita jidlek lill-iżgħar fost l-ulied: David, bħala sultan futur ta’ Iżrael. “ . . . U l-Spirtu tal-Mulej niżel fuq David minn dak il-jum ‘il hemm” (1 Sam 16, 13) – naqraw. Id-dlik – hekk bħall-ħasil bl-ilma – huwa “rit” estern, li jesprimi kontenut intern, spiritwali u soprannaturali.
Bniedem li jemmen jilqà d-dawl ta’ Kristu u fl-istess ħin, bis-saħħa tal-Ispirtu Santu, jidħol għas-sehem fil-missjoni tripla ma’ Kristu: tal-profeta, tas-saċerdot u tas-sultan. Permezz ta’ dan is-sehem jgħaqqad ħajtu u imġiebtu mal-missjoni feddejja tar-Ragħaj it-tajjeb, indirizzatha lill-umanità kollha u lid-dinja kollha. Ir-Ragħaj it-tajjeb huwa infatti r-Redentur tad-dinja, u dawk kollha, li permezz tal-fidi, it-tama u l-imħabba, jappartienu lill-mergħa tiegħu, jieħdu sehem fil-qawwa tal-misteru tar-redenzjoni.
4. Għeżież Pellegrini, immexxija minn fidi profonda, ġejtu pellegrinaġġ Ruma,biex iġġeddu, maġemb l-oqbra tal-appostli u tal-martri, is-sehem tagħkom fil-missjoni feddejja ta’ Kristu, fil-misteru tar-redenzjoni tad-dinja fl-okkażjoni tas-Sena Ġubilari tar-Redenzjoni.
F’dan is-sinjal ta’ Kristu-dawl, ta’ Kristu ragħaj, ta’ Kristu redentur tad-dinja, huwa għażiż li nieqaf magħkom biex nikkunsidra l-valur tal-Konfraternitajiet li lilhom tappartienu. L-oriġni tagħhom – kif tafu sewwa – tmur lura għall-bidu tas-seklu XI, meta gruppi ta’ insara żelanti ffurmaw ruħhom madwar il-monasteri tal-Ġermanja, ta’ Franza, tal-Kalabrija, tat-Toskana u ta’ reġġjuni oħra Taljani.
L-attività ta’ min ifaħħarha tagħhom żviluppat f’armonija dejjem ikbar mal-Knisja, sal-ikbar espansjoni tas-sekli XIII-XIV bil-fratelli u s-sorijiet tal-Penitenza, imwaqqfa fl-isferi tal-ordnijiet ġodda ta’ San Franġisk u ta’ San Duminku, kif ukoll ta’ istituti reliġjużi oħra. Fis-sekluXVI twieldu l-Oratorji, marbutin mal-Konfraternitajiet jew Kumpaniji, bħall-Oratorju tal-Imħabba divina, imwaqqaf f’Ruma fl-1517, jew l-Oratorji ta’ San Filippu Neri. Tant ta’ min ifaħħarhom għall-ħajja spiritwali u għall-assistenza lill-foqra u lill-pellegrini. Wieħed anzi jistà jgħid li sas-seklu XVII il-karità tal-Knisja kienet eżerċitata b’mod speċjali permezz ta’ dawn l-Oratorji u Konfraternitajiet. Fosthom ta’ min ifakkar lill-“Misericordie” Toskani li għadhom fjorixxenti u operanti.
L-iskopijiet tal-Konfraternitajiet wieħed jistà jiġborhom fi tliet kelmiet: kult, benefiċenza, penitenza.
a) Dawn qabel kollox kienu jieħdu ħsieb il-kult ta’ Alla, ta’ Ġesù, ta’ Marija (B’mod speċjali bir-Rużarju mqaddes), tal-qaddisin, speċjalment tal-patruni lokali, tal-erwieħ tal-Purgatorju, li għalihom kienu jagħmlu sufraġji abbundanti. Impenn partikolari kien, kif iseħħ ukoll illum f’diversi nazzjonijiet tal-Ewropa jew tal-Amerika Latina, fil-kommemorazzjoni tal-misteri tal-passjoni u l-mewt tq’ Sidna matul il-Ġimgħa Mqaddsa, bi proċessjonijiet u rappreżentazzjonijiet ta’ effettività spiritwali kbira.
b) Il-benefiċenza kienet ipprattikata skont it-tagħlim tal-Knisja propost fl-opri tal-ħniena tar-ruħ(spiritwali) u tal-ġisem(korporali).
Din kienet ukoll tradotta f’ġesti ta’ solidarjetà soċjali, b’mod speċjali fis-seklu XIII, meta bit-twaqqif tal-“Arti” u l-korporazzjonijiet, il-membri tagħhom kienu jassoċjaw ruħhom ukoll f’konfraternitajiet korrispondenti għal diversi misteri, billi jiżvolġu rwol deċiżiv biex isaħħu ruħhom bis-solidarjetà u l-fratellanza nisranija, għall-amalgazzjoni tal-klassijiet soċjali, għall-attwazzjoni ta’ opri assistenzjali, speċjalment fl-isptarijiet, u spiss ta’ opri pubbliċi.
c) Il-penitenza kienet ukoll parti mill-għanijiet tal-Konfraternitajiet, li kienu ntenzjonati li jieħdu ħsieb l-formazzjoni u l-perfezzjonament morali tal membri propji, u li jitolbu l-ħniena divina fi żminijiet ta’ diżastri naturali gravi jew ta’ dekadiment tad-drawwiet.
5. Imma ‘l hemm minn dawn l-għanijiet speċifiċi, kien hemm mottiv iktar profond li bih il-fidili kienu mħeġġa biex jassoċjaw ruħhom: “pro Dei timore et Christi amore”, jiġifieri għall-biżà mqaddes ta’ Alla u għall-imħabba ta’ Kristu!
Hawn aħna mill-ġdid quddiem Kristu ragħaj u redentur, għal Kristu dawl tal-ħajja, għal Kristu li jiġbed lejh il-bnedmin, għal Kristu li jgħallem u jgħin biex jirrikonċilja, fl-ispirtu uman u fil-prattika tal-ħajja nisranija, il-biżà u l-imħabba ta’ Alla, il-penitenza u l-ferħ, il-ħniena u l-momentum tal-azzjoni.
Bħal f’dak iż-żmien, hekk ukoll illum Kristu jsejjaħ lill-bnedmin għall-fidi, għall-karità u għat-tama; u fost dawk li jsegwuh, jagħżel id-dixxipli u l-appostli li lilhom jafda d-dmir li jixhdu, li jippridkaw u li jattwaw fid-dinja l-Vanġelu tiegħu.
Din l-għażla tattwa ruħha wkoll għal dawk li jingħaqdu fil-Konfraternitajiet biex jiżvolġu l-attività tagħhom, f’forom antiki u ġodda, fil-kamp tradizzjonali triplu tal-kult, tal-benefiċenza, tal-penitenza u biex jaċċentwaw, skont l-indikazzjonijiet tal-Konċilju Vatikan II (cf. Lumen Gentium, 33-36; Apostolicam Actuositatem, 6-8.12.13.18-19) u tal-Codice di Diritto Canonico il-ġdid(Codex Iuris Canonici, can. 298), l-impenn apostoliku tal-assoċjazzjoni tagħhom. Fl-istorja tal-Konfraternitajiet jeżistu mhux ftit preċidenti ta’ tali destinazzjoni għall-apostolat bħal fil-Kumpaniji tal-imħabba Divina, diġa msemmija u, fil-Konfraternitajiet tad-duttrina nisranija imwaqqfa bl-opra ta’ San Karlu Borromeo u tal-Konċilju ta’ Trento u mifruxa mill-Knisja fil-parroċċi kollha.
Illum l-urġenza tal-evanġelizzazzjoni tesiġi li l-Konfraternitajiet ukoll jipparteċipaw b’mod iktar qawwi u dirett fl-opra li l-Knisja twettaq biex twassal id-dawl, ir-redenzjoni, il-grazzja ta’ Kristu lill-bnedmin ta’ zmienna, billi tieħu l-inizjattivi opportuni, kemm għall-formazzjoni reliġjuża, ekkleżjali u pastorali tal-membri tagħhom, kemm favur il-klassijiet differenti li fihom tkun possibbli l-introduzzjoni tal-ħmira tal-Vanġelu.
Għal dan l-iskop apostoliku jistà u għandu jservi wkoll il-patrimonju artistiku imponenti akkumulat mill-Konfraternitajiet fl-Oratorji u l-Knejjes tagħhom; il-kwantità kbira ta’ ħwejjeġ, simboli, statwi, kruċifissi (bħal dawk li nġabu hawn, illum, mill-glorjużi “kasassi” ta’ Ġenova u l-Ligurja). Li bihom il-Konfraterniajiet jieħdu sehem fil-funzjonijiet u fil-proċessjonijiet sagri; l-effett li wkoll illum il-manifestazzjonijiet tal-Konfraternitajiet jistgħu ikollhom mhux biss fl-isfera tal-prattika reliġjuża, imma wkoll fil-kamp tal-“folklore” ispirat għat-tradizzjoni nisranija: kollox jistà u għandu jservi għall-apostolat ekkleżjali, speċjalment liturġiku u kateketiku.
6. Jiena kuntent, bħala Isqof ta’ Ruma, li nistà nadura flimkien magħkom illum, f’dan il-Ħadd tar-Randan, lil Kristu, li huwa d-Dawl tagħna.
Kif hu jagħti lura l-vista lill-imwieled għama, hekk ukoll jagħti lilna l-ħajja tal-fidi.
San Pawl jiddeskrivi fl-ittra lill-Efesin billi kważi jingħaqad mal-Vanġelu tallum ta’ San Ġwann: “Jekk darba kontu dlam, issa intom dawl fil-Mulej. Ġibu ruħkom għalhekk bħala wlied id-dawl”.
Għal dan hemm miktub: “Qum, o int li rieqed, stenbaħ mill-imwiet u Kristu jilluminak” (Ef 5, 8-10.14).
F’din is-sentenza jidwi mill-ġdid il-leħen tal-Għid li kważi wasal. Għal dan il-Għid tas-Sena tal-Ġublew tar-Redenzjoni ħejju ruħkom, għeżież ħuti, bi ftuħ kbir tal-ispirtu.
Jalla “Kristu jilluminakom” mill-ġdid.
Jalla huwa jiddi fit-tradizzjonijiet tal-assoċjazzjonijiet u komunitajiet tagħkom; fil-ħajja tagħkom familjari u professjonali; fil-parroċċi u dijoċesijiet tagħkom.
“Il-frott tad-dawl jikkonsisti f’kull tjubija, ġustizzja u verità”.
Jalla Kristu – imsallab u rxuxtat – jillumina permezz tagħkom lill-bnedmin kollha ta’ rieda tajba!