Saċerdot maħtuf jaħrab lil dawk li ħatfuh

In-Niġerja: Saċerdot Kattoliku li nħataf f’Abuja fis-6 ta’ Frar, jaħrab minn dawk li ħatfuh.

Fr. Kornelju Manzak Damulak, saċerdot kattoliku mid-Djoċesi ta’ Shendam, Plateau State, li kien ġie maħtuf mir-residenza tiegħu f’Zuma, Kunsill taż-Żona Bwari, Abuja, fis-sigħat bikrin tal-Ħamis 6 ta’ Frar 2025, instab mill-pulizija, wara li rnexxielu jaħrab.

L-Aġenzija Fides ikkonfermat stqarrija li ħarġet mid-Djoċesi ta’ Shendem, fejn kelliem għall-Kmand tal-Pulizija tal-Istat tan-Niger stqarr, li Fr. Damulak, instab ħdejn l-awtostrada Pogo-Paiko f’Minna, minn tim tal-għassa tal-pulizija.

Fr Damulak, ġie maħtuf fis-6 ta’ Frar, għall-ħabta tal-5a.m. Dawk li ħatfuh, kienu qed iċaqalquh minn foresta għal oħra. Meta l-pulizija salvawh, kien evidenti li Fr Damulak kien ilu jagħmel trekking għal żmien twil. Sussegwentement ittieħed f’faċilità medika għall-eżami.

Meta kien tħabbar aktar kmieni dan ix-xahar li Fr Damulak kien ġie maħtuf, il-Kanċillier tad-Djoċesi ta’ Shendam, Fr. Joshua Daffa, kien għamel appell għat-talb. “Aħna nafdaw lil ħuna, Fr. Kornelju Manzak Damulak, għall-interċessjoni materna tal-Verġni Mqaddsa Marija, Ommna, u l-qaddisin kollha, biex iżommuh b’saħħtu, u li jwassluh lura qawwi u sħiħ.”

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/africa/news/2025-02/nigeria-catholic-priest-kidnapped-in-abuja-on-6-february-escape.html

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading