Il-Papa Franġisku: “Xerrdu l-messaġġ ta’ Krsitu mad-dinja kollha”.
Il-Papa Franġisku appella lill-edukaturi biex jittrasmettu b’mod fidil u effettiv il-messaġġ ta’ Kristu u l-missjoni tal-Knisja fi żminijiet kontermporanji.
Il-Qdusija Tiegħu għamel dan f’ittra li tfakkar l-20 sena anniversarju tal-Fakultà tat-Teoloġija ta’ Triveneto. It-test iffirmat mill-Papa fit-28 ta’ Jannar intbagħat lir-Rettur tal-istituzzjoni, Patri Maurizio Girolami.
Il-Fakultà Teoloġika ta’ Triveneto, li ċ-ċentru tagħha jinsab f’Padova, tgħaqqad netwerk ta’ ħames istituti teoloġiċi u seba’ istituti superjuri tax-xjenzi reliġjużi fir-reġjuni tat-Tramuntana tal-Veneto, Friuli-Venzia Giulia u Trentino Alto-Adige. Din il-Fakultà ġiet stabbilita fl-2005, fejn diversi istituti taw formazzjoni teoloġika lil lajċi, lil kleru, lis-seminaristi, u lir-reliġjużi.
Fl-ittra tiegħu, l-Qdusija Tiegħu nnota li l-għoxrin anniversarju tal-Fakultà tagħtih l-opportunità “li jingħaqad fir-ringrazzjament komuni lill-Mulej għall-ġid li sar f’dawn is-snin, speċjalment għall-ġid tal-ġenerazzjonijiet taż-żgħażagħ fir-reġjun”. Il-Papa Franġisku kiteb:
“Inħeġġeġ lill-familja akkademika kollha biex tippersevera fil-kollaborazzjoni tagħha mal-missjoni tal-Knisja, biex ixerred l-messaġġ ta’ Kristu fid-dinja, fidila għat-tradizzjoni ġenwina, iżda miftuħa għall-qari tas-sinjali taż-żminijiet.”
“Dan,” spjega l-Papa Franġisku, “jfisser li b’kuraġġ nilqgħu sfidi ġodda, u b’mod effettiv inwasslu l-verità tal-Evanġelju lill-bniedem kontemporanju”. Biex jintlaħaq dan l-għan, il-Papa appella lill-Fakultà “biex tkun post ta’ formazzjoni dejjem aktar importanti, mhux biss permezz tal-istudju u l-approfondiment tat-teoloġija, iżda wkoll permezz tax-xhieda Nisranija ta’ kull individwu”. “Nittama,” qal, “li l-għalliema jgħinu b’mod speċjali liż-żgħażagħ jirrealizzaw lilhom infushom abbażi tal-verità, tat-tjubija u sbuħija li s-sors tagħhom ġej minn Alla”.
B’dawn is-sentimenti, l-Papa Franġisku temm iġedded il-gratitudni tiegħu għall-missjoni edukattiva u l-impenn kontinwu tagħhom, filwaqt li nvoka fuqhom u fuq il-ħidma tagħhom il-protezzjoni ta’ Marija, huwa ta l-Barka Appostolika tiegħu.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2025-02/pope-remembers-20th-anniversary-of-theology-faculty-of-triveneto.html