Ġwanni Pawlu II fiċ-ċelebrazzjoni tal-konsagrazzjoni taż-żjut

QUDDIESA KRIŻMALI
Ħamis ix-Xirka
19 ta’ April 1984

1. Illum, waqt li l-missjoni publika tal-Messija fuq l-art riesqa lejn tmiemha, il-kliem tal-Vanġelu skont San Luqa jeħodna lura mill-ġdid fil-bidu, billi jippreżentalna lil Ġesù fis-sinagoga ta’ Nażżaret u l-ktieb tal-profeta Iżaija.

Gesù jaqra: “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi; għax hu kkonsagrani. Bagħatni nħabbar il-ħelsien lill-imjassrin, inwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin, u d-dawl mill-ġdid lill-għomja, inrodd il-ħelsien lill-maħqurin, u nxandar sena ta’ grazzja tal-Mulej” (Lq 4, 18-19).

Profezija messjanika.

Ġesù f’Nażżaret jgħid: “Din il-Kitba seħħet illum, intom u tisimgħu” (Lq 4, 21).

Il-profezija messjanika titwettaq fiH.

2. Il-Messija huwa midluk bl-Ispirtu Santu.

Għandu l-milja tal-Ispirtu għaliex huwa l-Iben ta’ Alla.

Jitwettaq fih il-kliem tas-salmista, riferut direttament għas-sultan David.

Alla jgħid permezz ta’ fomm is-salmista:

“Miegħu jkunu l-fedeltà u t-tjieda tiegħi / b’ismi tissaħħaħ il-qawwa tiegħu / Hu jsejjaħli: int Missieri, / Alla tiegħi fortizza u salvazzjoni tiegħi” (Sal 89, 25.27).

Bħala aħbar dwar Ġesù, David setà jitkellem hekk, għaliex Kristu biss jistà jgħid lil Alla: “Inti Missieri”.

Kristu biss – bħala Iben konsostanzjali mal-Missier – huwa magħqud Miegħu fl-Ispirtu Santu.

U Kristu biss, bħala mibgħut mill-Missier, għandu l-milja tal-Ispirtu Santu.

Għandu din il-milja bħala Redentur tal-Knisja, ġismu. Għandu din il-milja fil-Knisja għall-umanità kollha, għall-popli kollha, in-nazzjonijiet u l-ġenerazzjonijiet, għal kull bniedem.

3. Is-simbolu tad-donazzjoni tal-Ispirtu Santu huwa l-unzjoni. Illum il-Knisja tbierek iż-żjut li jservu għall-unzjoni; b’mod partikolari: il-Griżma sagra, iż-żejt tal-Katekumini u ż-żejt tal-morda.

Il-Knisja, permezz ta’ din il-liturġija speċjali ta’ filgħodu ta’ Ħamis ix-Xirka, tixtieq tistqarr,

– li Kristu, billi għandu l-milja tal-Ispirtu Santu bħala Bin Alla u Redentur tad-dinja, minn din il-milja jikseb biex kostantamen u mill-ġdid jarrikkixxi l-Knisja,

– u fil-Knisja u permezz tal-Knisja jixtieqe jikseb minn din il-milja li ma tintemx tal-Ispirtu Santu biex jarrikkixxi lil kull wieħed u lil awk kollha li jinfetħu għall-qawwa tar-redenzjoni tiegħu;

B’mod partikolari l-Knisja tixtieq tikseb minn din il-milja tal-Ispirtu Santu ta’ Kristu, biex tarrikkixxi lil kull wieħed u lil kulħadd, permezz tal-amministrazzjoni tas-sagramenti: sinjali ta’ salvazzjoni u ta’ grazzja.

Iż-żjut sagri – il-griżma, iż-żejt tal-katekumini, iż-żejt tal-morda – huma ddestinati għall-ministeru sagramentali tal-Knisja.

4. Aħna s-saċerdoti – li llum qegħdin niċċelebraw din l-Ewkaristija matutina ta’ Ħanis ix-Xirka – nitiequ nistqarru li kull wieħed  minna għandu parti speċjali  f’din il-milja tal-Ispirtu Santu, li hi fi Kristu, etern u uniku saċerdot tal-patt il-ġdid.

Ħamis ix-Xirka huwa t-tifkira tat-twaqqif tas-Sagrifiċċju ewkaristiku.

Biex niċċelebraw dan is-santissmu Sagrifiċċju aħna konna midlukin fis-sagrament tas-saċerdozju. Bħala dispensaturi tal-Ewkaristija  sirna qaddejja speċjali ta’ Kristu quddiem il-poplu kollu ta’ Alla. Lilna kienet afdata l-maħfra tad-dnubiet flimkien mat-tagħlim tal-fidi.

5.Illum, Ħamis ix-Xirka, inħarsu bi mħabba partikolari lejn dak li l-Missier “ikkonsagra bid-dlik u . . . bagħat fid-dinja”: inħarsu lejn Kristu, li għandu l-milja totali tal-Ispirtu Santu, favur l-umanità kollha kemm hi;

– lejn Kristu, li mill-milja tiegħu ilkoll irċivejna

– u kull wieħed minna għandu l-“parti tiegħu Miegħu”.

Permezz ta din il-“parti”, permezz tas-sehem saċerdotali tagħna fid-dlik messjaniku ta’ Ġesù Kristu, aħna s-saċerdoti tiegħu quddiem il-poplu ta’ Alla, għas-servizz ta’ dan il-poplu.

Niżżu ħajr għas-saċerdozju ministerjali tagħna lil dak li naqxu ġewwa ruħna. Ejjew nibqgħu u nipperseveraw fih għas-servizz tas-salvazzjoni umana.

Ejjew naħilfu l-fedeltà tagħna saċerdotali lil dak li jħobbna u li ħelisna minn dnubietna permezz ta’ demmu . . .

6. Il-Ġublew straordinarju tal-Knisja għas-Sena tar-Redenzjoni riesaq lejn tmiemu.

F’din is-Sena Mqaddsa fittixna li nġeddu fina il-grazzja tas-sagrament tas-saċerdozju.

Ejjew niżżu ħajr għal dan is-sagrament li jikber fuq is-sies tas-“saċerdozju universali” tal-imgħammdin kollha bħala sagrament tas-servizz feddej.

Tkun grazzja eterna lil Kristu, “li għamel minna saltna ta’ saċerdoti għal Alla tiegħu Missieru” (Ap 1, 6).

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading