Kappillan ġdid għall-Parroċċa tal-Manikata

04/04/2025: L‑Arċisqof Charles Scicluna qed jafda l‑ħidma pastorali tal‑Parroċċa ta’ San Ġużepp fil‑Manikata f’idejn Dun Matthew Pulis bħala l‑kappillan ta’ din il‑komunità. Mons. Arċisqof jirringrazzja lil Dun Peter Paul Sultana tal‑ħidma tiegħu bħala amministratur f’din il‑parroċċa.

Ritratt: Ian Noel Pace – Arċidjoċesi ta’ Malta

Dun Matthew Pulis twieled fit‑30 ta’ Lulju 1984. Beda l‑mixja għas‑saċerdozju fis‑Seminarju Maġġuri tal‑Arċisqof f’Tal‑Virtù fir‑Rabat u studja fil‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta fejn iggradwa fil‑Filosofija u t‑Teoloġija. Kiseb ukoll Masters it‑Teoloġija Diġitali u ieħor fl‑Informatika. Fil‑preżent qed jaħdem fuq dottorat fit‑teoloġija prattika fl‑Università ta’ Vrije f’Amsterdam. Huwa wkoll lettur fil‑fakultajiet tas‑Social Wellbeing, FEMA u tal‑Edukazzjoni, kif ukoll fl‑Istitut tal‑Formazzjoni Pastorali.

Dun Matthew serva bħala djaknu fil‑parroċċi ta’ Wied il‑Għajn u Durham fl‑Ingilterra. Ġie ordnat saċerdot fis‑27 ta’ April 2019 u kompla bil‑ħidma pastorali tiegħu fil‑parroċċi ta’ Ħad‑Dingli (2019) u l‑Kalkara (2021). Mill‑2021, hu ċ‑chaplain tal-Iskola St Joseph, Tas‑Sliema.

Il‑Parroċċa tal‑Manikata tiġbor fiha madwar 1,087 persuna.

Sors: www.knisja.mt
Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading