Ħsieb mill-Arċisqof għar-Randan 2025 – Il-Ħames Ħadd

Il-Ġimgħa, 04 ta’ April 2025: Waqt il-quddiesa qatt waqaft taħseb fuq is-sinifikat tat-Tieni Qari? Dan ir-Randan, l-Arċisqof Charles Scicluna se jispjega fi ftit minuti t-Tieni Qari li se jinqara fil-Ħdud tar-Randan, u joffri punti ta’ riflessjoni għal matul dan il-vjaġġ spiritwali.

It-Tieni Qari għall-Ħames Ħadd: Filippin 3:8-14

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Filippin

Jiena ngħodd kollox bħala telf ħdejn il-qligħ kbir li hemm filli nagħraf lil Kristu Ġesù Sidi; minħabba fih ridt li nitlef kollox, u ngħodd kollox bħala knis, biex nirbaħ lil Kristu, u nkun ninsab fih; mhux għax għandi xi ġustizzja tiegħi, dik li tiġi permezz tal-Liġi, iżda dik li tiġi permezz tal-fidi fi Kristu, il-ġustizzja ġejja minn Alla u mibnija fuq il-fidi. Irrid nagħraf lilu u l-qawwa tal-qawmien tiegħu mill-imwiet, u naqsam miegħu t-tbatijiet tiegħu, u nsir nixbhu fil-mewt, biex jirnexxili nikseb il-qawmien mill-imwiet.

M’iniex ngħid li jiena ġa ksibtu, jew li jien ġa perfett. Imma rross ’il quddiem biex naħtaf dan, bħalma Kristu Ġesù ġa ħataf lili. L-aħwa, ma jidhirlix li dan ġa lħaqtu; imma ħaġa waħda ngħid: waqt li ninsa ’l ta’ warajja kollu, jiena nagħmel ħilti kollha biex nilħaq dak li hemm quddiemi; niġri ’l quddiem lejn it-tmiem, biex nikseb il-premju li għalih Alla qed isejħilna hemm fuq fi Kristu Ġesù.

Sors: www.knisja.mt

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading