MIET IL-PAPA FRANĠISKU

“Għeżież ħuti, b’sogħba kbira nħabbrilkom il-mewt ta’ Missierna l-Papa Franġisku. Fis-7.35 ta’ dalgħodu l-Isqof ta’ Ruma Franġisku rritorna fid-Dar tal-Missier.

Ħajtu kollha kienet iddedikata għall-qadi tal-Mulej u tal-Knisja tiegħu. Għallimna ngħixu l-valuri tal-Vanġelu b’fedeltà, kuraġġ u mħabba universali, b’mod partikulari b’risq l-aktar foqra u mwarrbin.

Bi gratitudni immensa għall-eżempju tiegħu ta’ veru dixxiplu tal-Mulej Ġesù, nirrakkomandaw ir-ruħ tal-Papa Franġisku lill-imħabba ħanina u bla tarf ta’ Alla Wieħed u Tlieta.”

(Tħabbira uffiċjali tal-mewt tal-Papa Franġisku ftit tal-minuti ilu mill-Kardinal Kevin Farrell, Camerlengo tal-Kamra Appostolika, minn Dar Santa Marta)

Ara aktar dwar il-Papa Franġisku u minn għandu … https://www.laikos.org/papa/

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading