It-Tama ma Tqarraqx Bina

Daniel Borg dwar l-aħħar kelmiet tal-Papa Franġisku

L-aħħar kliem tiegħu lbieraħ kienet li t-tama ma tqarraqx bina, tama li tiġi minn Kristu rxoxt. Kienet propju t-tama li dan il-Papa ta lil dinja dejjem iktar mifnija b’inkwiet u b’interess fejn kulħadd jiġbed għalih. F’din id-dinja hu kien riferiment għalina lkoll, eżempju ċar fejn f’kull livell kemm dak politiku u kemm dak ekonomiku nistgħu naħsbu fl-oħrajn u nagħmlu l-affarijiet b’mod ġust, hekk li kulħadd igawdi. Huwa diffiċli f’dan il-mument ta’ niket wieħed jislet il-wirt kbir ta’ dan il-Papa. Ħafna drabi iddefinixxewh bħala sempliċi, imma r-realta’ kienet li kien jaf iwassal messaġġ li jmiss il-qalb, għax kien iwassal il-Vanġelu, xejn iktar xejn inqas. Kien il-bniedem tan-nies, imma fuq kollox kien il-bniedem ta’ Alla. Issa dħalt fid-dar tal-Missier għażiż Franġisku! Itlob għalina lkoll.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading