Ġwanni Pawlu II lill-Kulleġġ Internazzjonali S. Lorenzo da Brindisi

VIŻTA LILL-KULLEĠĠ  INTERNAZZJONALI
«S. LORENZO DA BRINDISI» F’RUMA
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Il- Ħadd – 24 ta’ Ġunju 1984

Għeżież konfratelli tal-ordni tal-Kappuċċini, u intom b’mod partikolari. Saċerdoti-studenti ta’ dan il-Kulleġġ internazzjonali

1. Raġuni ta’ sodisfazzjon speċjali hija għalija din iż-żjara tallum f’din is-sedja, għaliex tippermettili mhux biss li nwieġeb għal stedina magħmula tant drabi u b’mod tant amabbli, imma wkoll li niċċelebraw, flimkieni f’għaqda ta’ karità u ta’ fidi, l-Ewkaristija mqaddsa propju fil-jum li fih ġiet trasferita s-sollennità liturġika tal-ġisem u d-demm tal-Mulej. Din iċ-ċikustanza jew, aħjar koinċidenza – u koinċidenza ferrieħa – ittella mmedjatament fit-ton il-laqgħa tagħna u, jekk fiha hemm – kif   se naċċenna iktar ‘il quddiem – temi u motivi oħra li jindividwaw u jiddefenixxu, illum bdanakollu mottiv dominant u tema ċentrali trid tkun, u għandha tkun, dik ewkaristika.

2. “In supremae nocte cenae recumbens cum fratribus . . .”. Hawn hu l-post u l-ħin tal-appuntament idejali tagħna hemm,  fiċ-Ċenaklu ta’ Ġerusalem, fejn il-Mulej Ġesù inġabar mal-appostli tiegħu fil-jum qabel il-passjoni feddejjau fejn illum ukoll, aħna lkoll, irridu nmorru b’moħħna u b’qalbna biex nikkunsidraw, jew aħjar, nerġgħu nikkunsidraw, il-ġrajja kbira sagramentali u ekkleżjali li seħħet hemmhekk.

X’għamel Ġesù dik il-lejla? Wisq noti partikolari- ġesti u diskorsi, affermazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet, twissijiet u tagħlimiet –  jirriżultaw minn l-aħħar Ċena, biex jiena hawn imissni b’mod distint infakkarhom. Żgur huwa li Ġesù hemm jitkellem u jaġixxi bħala protagonista, waqt li għaqqad flimkien antik u ġdid f’nisġa ta’ tifkiriet storiċi u ta’ prospettivi futuri, f’alternanza ta’ emozzjonijiet sublimi u ta’ deċiżjonijiet konxji, li l-profondità tagħhom tistà tkun biss milmuħa, imma tibqà u se tibqà dejjem inskrutabbli radikalment. Ġesù, l-Imgħallem u l –Mulej, jagħti qabelxejn lezzjoni ta’ umiltà lid-dixxipli tiegħu, billi ħasel riġlejn kull wieħed minnhom, inkluż it-traditur (cf. Ġw 13, 4-15). Diġa dan il-ġest jew rit inizjali – irrid intih daqqa t’għajn – jekk għandu importanza kbira għal dawk kollha li jemmnu, għandu valur għal kollox singulari għas-segwaċi ta’ San Franġisk, kif intom intom: igħidu li l-qaddis waqt li kien jikkonċentra ħarstu mimlija mħabba fuq l-eżistenza kollha ta’ Kristu mill-umiltà ta’ twelidu f’Betlem sal-“dehrae” tiegħu imsallab fuq il-Kalvarju, ried li jinkludi wkoll dan l-episodju li huwa, fl-istess ħin, tagħlima u eżempju ta’ umiltà profonda, bħala kondizzjoni għad-disponibiltà lejn l-oħrajn u espressjoni ta’ spirtu fratern.

3. Imma ejjew nerġgħu naqbdu l-fil tal-ġrajjiet: wara l-ħasil tar-riġlejn isseħħ l-ikla paskwali vera u propja, li matulha Ġesù jaqbad f’idejh il-ħobż u l-inbid. Nafu sewwa liema hu l-“piż” ta’ dawn il-ġesti, għaliex huwa Ġesù nnifsu li jgħidulna. Mhijiex sempliċi  distribuzzjoni ta’ ikel, ma kienx, bdil amikevoli bejn mistednin li jgħaddu l-ikel lil xulxin; le, hawn hemm ferm iktar, kemm iktar b’mod infinit. “Ħudu u kulu, (għaliex) dan huwa ġismi”; “Ħudu u ixorbu, (għaliex) dan huwa d-demm tal-patt il-ġdid”(cf. Mt 26, 26-28; Mk 14, 22-24; Lq 22, 17-20; 1 Kor 11, 23-25). Il-qawwa ta’ dawn is-sentenzi hija fl-implikazzjoni każwali tagħhom: hemm fosthom għaliex mifhum, il-kif jistà ldak lijkun isaħħaħ l-istedina tal-Imgħallem biex dak li jkun jiekol u jixrob, hekk isservi biex tintroduċi verità superjuri, li hija r-realtà  tal-ġisem u tad-demm tal-Mulej. Intom – irid jgħid Ġesù – tridu “tikkunsmaw” il-ħobż u l-inbid li qiegħed inqassmilkom, għaliex fihom “hemm”  jiena stess. Misteru ta’ realtà, ħuti għeżież, huwa l-Ewkaristija, bħala sinjal u sagrament awtentiku tal-ġisem u d-demm tal-Mulej, imma huwa wkoll misteru ta’ tiġdid, għaliex għall-affermazzjoni doppja iss’issa rrekordjata, hija kontestwali, skont t-tradizzjoni pawlina-luqana, l-ordni espliċità li agħmlu dan b’tifkira tiegħi (cf. Lq 22, 19; 1 Kor 11, 24.25).

4. L-appostli fehmu s-sens ta’ dak il-kliem u l-valur ta’ dik l-ordni. Il-ġest ta’ Ġesù ma kienx ħag’oħra għajr l-għotja uffiċjali u – wieħed jgħid – l-“affidament” ta’ ġismu u demmu, mhux sempliċement biex jieħdu idea għal tifkira mqanqla tal-Imgħallem maħbub, biex ikunilhom dejjem ħaj u preżenti fosthom, magħhom, fihom.

Huma bla dubju fehmu, kif jikkonfermawlna mhux biss l-użu tal-Knisja naxxenti li kienet biss tiltaqà “in fractione panis” (cf. At 2, 42), imma l-program altament didattiku tal-Mulej, li lil dak ir-rit misterjuż  kien ħejjihom minn żmien qabel. Huwa propju dan li naqraw fil-Vanġelu tallum, f’dik is-silta tad-Diskors dwar il-ħobż tal-ħajja, li l-Imgħallem kien għamel f’Kafarnaw wara l-multiplikazzjoni mirakoluża tal-ħobżiet.

Ħejju ruħkom – kien qal b’għerf li jħares ‘il quddiem – għal ħobż ta’ kwalità superjuri: ħobż ċelesti, ħobż ħaj. U dan il-ħobż – kien ripetutament saħaq – huwa jien, u dan il-ħobż huwa “ġismi għall-ħajja tad-dinja”.  Sa minn dakinhar kienet antiċipata l-istedina biex jieklu u jixorbu f’termini ta’ bżonn spiritwali assolut: “jekk ma tiklux ġisem  Bin il-bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom. Min jiekol ġismi u jixrob demmi, għandu l-ħajja ta’ dejjem  . . . jibqà fija u jiena fih”. F’kelma waħda, il-ħajja soprannaturali, l-istess ħajja bħala sopravivenza għall-mewt fiżika,  li nibqgħu fi Kristu jiddipendi totalment minn dan l-ikel u minn dan ix-xorb, ladarba l-Imgħallem żied: “Ġismi huwa ikel tassew, u demmi huwa xorb tassew” (cf. Ġw 6, 1).

It-twettiq ta’ dan kollu ma ħalliniex nistennewh: kien eżatt u puntwali skont linja ta’ pedagoġija għolja u rilevanza feddejja. Ġesù taċ-Ċenaklu kien dak li diġa kien tkellem f’Kafarnaw u li fil-“Knisja” tal-belt qaddisa implimenta l-wegħda magħmula fis-“sinagoga” tal-belt ta’ ħdejn il-lag (l-għadira).

5. Għeżież ħuti, jiena nqis li dawn il-ħsibijiet, miksuba mill-konfront  ta’ testi evanġeliċi fundamentali, ukoll jekk magħrufa, jinħtieġu attenzjoni permanenti da parti tas-saċerdoti, u allura minnkom ukoll, kemm il-membri tal-kurja ġenerali u tal-istitut storiku tal-ordni tal-Kapuċċini, kif ukoll l-istudenti ta’ dan il-kulleġġ internazzjonali, ġejjin mit-tant provinċji differenti u student tal-universitajiet pontifiċji differenti tal-Belt. Aħna lkoll saċerdoti, u kif nistgħu ninsew li s-saċerdozju tagħna jdur madwar din l-ikla mistika? Li din b’mod li ma jinħalx marbuta mal-Ewkaristija bis-saħħa ta’ rapport li mhuwiex biss ta’ oriġni u ta’ kuntatt, imma wkoll ta’ destinazzjoni u ta’ funzjoni? Jekk iż-żewġ realtajiet sagramentali tal-Ewkaristija u tal-Ordni Sagri huma tant qrib li kważi jitbewsu ġenetikament u finalistikament, jekk bejniethom teżisti rabta ta’ għaqda straordinarja, kif nistgħu aħna s-saċerdoti, fil-konkretezza ta’ ħajjitna u fl-istess diversità tal-uffiċċji rispettivi, ngħaddu mingħajr ma nqisu essenzjali dejjem u bla kontroll tali rapport? Imwielda mill-Ewkaristija u awtorizzati biex :nagħmlu” l-Ewkaristija, kif nistgħu ngħaddu mingħajr li ngħixu biha u għaliha?

Din hija kustjoni ta’ koerenza u kustjoni ta’ fedeltà: fedeltà u koerenza għal dak li aħna, għall-fatt li “aħna saċerdoti”!

Għal dan il-jum, festa tal-ġisem u d-demm tal-Mulej, hija wkoll il-festa tagħna, u nagħmlu sewwa li napprofondixxu u niżviluppaw ilkoll komunitarjament u kull wieħed “in secreto cordis sui” ir-riflessjonijiet aċċennati biex nikkonfermaw l-adeżjoni tagħna totali, konvinta, nkrollabbli lil Kristu, sommu saċerdot u awtur uniku tas-saċerdozju tagħna.

6. Skont kemm din l-inkjesta tkun profonda u ġenwina, tirriżulta bla dubju iktar ċara l-viżjoni tal-problemi partikolari u, forsi, tad-diffikultajiet li llum,  fi process ta’ bidla, li donnu jinvolvi u jwarrab kollox,  kull saċerdot, kemm sekolari kif ukoll regolari, kull familja reliġjuża, il-komunità ekkleżjali kollha jaslu li jistaqsu lilhom infushom. Ukoll il-problemi tagħkom, ukoll id-diffikultajiet inevitabbli tal-preżent, għeżież membri tal-familja serafika Kapuċċina, tistgħu tiddawlu minn verifika li tkun immexxija mill-punt di vista tal-Ewkaristija! Hija, din, angulatura tassew favorevoli: hija l-angulatura tal-għaqda u tal-karità li tgħin biex naraw sewwa il-qalba tal-kustjonijiet, biex niddistingwu l-aċċessorju mill-prinċipal, biex nogħlew mill-kontinġent għall-essenzjal. Wieħed m’għandux jaħseb li din hija forma ta’ evażjoni mir-realtà, jew mod  mhux propju biex dak li jkun jara l-affarijiet jew “trasferiment” aljenanti għall-punt soprannaturali. Id-dimensjoni ewkaristika tistà u għandha tkun  meħuda bħala metru sikur ta’ valutazzjoni minnkom ukoll. Eżempju wieħed biss: ġustament il-Kostituzzjonijiet il-ġodda (Kostituzzjoni tal-Patrijiet Minuri Kappuċċini, kap. VI) tal-ordni tagħkom jinsistu fuq id-dmir li tmexxu il-ħajja fi fraternità, biex tagħtu lil kulħadd il-livelli, mil-kunvent lokali sad-dar ġeneralizja, ix-xhieda tal-imħabba evanġelika ġenwina, biex tissuperaw kull forma ta’ individwaliżmu egoistiku, biex tikkostitwixxu skont verità “ordni ta’ aħwa”. Hemm forsi bżonn ta’ spjegazzjoni li s-sors primarju, minn fejn wieħed jikseb dan l-ispirtu, huwa u jibqa l-Ewkaristija Mqaddsa? Hija hi, għalhekk, il-punt superjuri ta’ riferenza fix-xogħol personali u komunitarju, li fuqu intom impenjati.

7. Jiena jidhirli li huwa l-istess Missier serafiku li jfakkru u jirrakkomandah: aħsbu, għeżież Kappuċċini, dwar l-eżempji insuperati ta’ fraternità migħuxa li ħallielkom, hu li għall-Ewkaristija kellu, ferm iktar minn devozzjoni, “passjoni” singulari, sal-punt li jimpomi lilu nnifsu u jimponi lil sħabu l-ikbar qima lejn kull saċerdot, li miegħu kienu jiltaqgħu għal għonq it-triq.

B’liema tqanqil naqraw fil-ħajja ta’ Fra Tumas da Ċelano: “Kiener tħeġġeġ l-imħabba fil-fibri kollha ta’ ħajtu lejn is-sagrament tal-ġisem tal-Mulej, maħkum minn għaġeb ferm ikbar minn kwalunkwè ħaġ’oħra . . . Kien spiss jikkomunika u b’tant devozzjoni li kienet tirrendi devoti wkoll lill-oħrajn. Infatti, billi kien imfawwar b’qima lejn dan il-meqjum sagrament, kien joffri s-sagrifiċċju tal-membri kollha ta’ ġismu u. meta kien jirċievi l-ħaruf sagrifikat, kien jissagrifika l-ispirtu f’dak in-nar, li kien iħeġġeġ dejjem fuq l-altar ta’ qalbu” (Thomae A Celano, Vita secunda, cap. 152). U l-kwotazzjonijiet jistgħu jimmultiplikaw . . .

Umiltà, mela, fraternità u sagrifiċċju huma s-sejħiet essenzjali, li jiġukom fil-festa tal-Corpus Domini, mill-qari relattiv tal-kelma ta’ Alla, tal-bijografija tal-qaddis tagħkom, kif ukoll tat-test tal-kostituzzjonijiet  kurrenti.

Bħala difiża u nutriment ta’ dawn l-istess virtujiet kunu afu tqiegħdu l-ispiritwalità ewkaristika, iċċentrata fuq dak li huwa l-ħajja u li f’din id-dinja ġie, sabiex aħna lkoll ikollna lilu u jkollna lilu b’abbundanza (cf. Ġw 1, 4; 10, 10). Hekk ikun.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading