Fra Andrea Palmentura dwar il-Ġublew taż-Żgħażagħ 2025

Minn Fra Andrea Palmentura

Ħa ngħidilkom affarijiet “jaħarqu”.

Għax ilbieraħ ġrat ħaġa ma titwemminx.

“Kif inhu possibbli li għadek issib miljun żagħżugħ u żagħżugħa li jinġabru flimkien bħala Knisja?”

“X’għad għandha x’tgħid il-Knisja lil dawn?”

“Għalxiex qed jifirħu u jgħajtu fit-toroq dawn iż-żgħażagħ? Xi ġralhom? Suppost qegħdin fid-diskoteka, jixorbu, jibilgħu d-droga, ifittxu l-pjaċiri”.

Ara, dawn huma l-kunsiderazzjonijiet ta’ min jiċċassa mistagħġeb lejn din ix-xmara ta’ bnedmin.

U jagħmlu sew jistaqsu, għax ilbieraħ quddiem id-dinja kollha, iż-żgħażagħ inġabru mhux għal xi interess mondan, imma “taħt l-istess dawl, taħt l-istess salib, ikantaw b’vuċi waħda” isem Ġesù Kristu.

Dan hu li jiġbed. Tridu tifhmuha din?

Huwa Hu l-ġdid dejjiemi.

Forsi hemm bżonn nerġgħu lura mhux lejn l-“istorbju” taż-żgħażagħ, imma lejn is-skiet inkredibbli tagħhom quddiem is-Santissmu Sagrament, għax huwa ta’ dan is-skiet ta’ adorazzjoni li d-dinja għandha bżonn.

U dan kollu hu tal-għaġeb, għax għal darb’oħra l-Knisja, akkużata li hi antikwata, għadda żmienha, qed tifga lill-persuni, tat it-tweġiba b’saħħitha tagħha.

Sibuli istituzzjoni oħra li wara elfejn sena ta’ taħbit bla għadd għadha kapaċi ċċaqlaq u tiġbor flimkien mases ta’ żgħażagħ ta’ din il-portata.

Umanament mhuwiex possibbli.

U allura nifhmu li hi tassew imwaqqfa, immexxija u mwieżna minn Ġesù Kristu.

Għax inkella ma hemmx kif tispjegaha din.

Erġgħu għajtu mill-ġdid, żgħażagħ! Għajtu s-“skiet” qawwi tagħkom liż-żgħażagħ rieqda fuq il-bankini, li nsewh il-ħoss tal-ħajja u qed jgħattuh bl-istorbju tal-mewt u tal-iżolament, għax insew li hemm Komunità li tħobbhom.

Il-Knisja jirnexxilha toħroġna għal darb’oħra milli noqogħdu waħidna magħna nfusna. Jirnexxilha tlaqqagħna mal-ieħor, tiġborna taħt gwida viżibbli u żgura, liebsa l-abjad, biex tkun dawl f’nofsna.

Għal darb’oħra rajna kemm tagħmel sens il-preżenza ta’ ġerarkija, ta’ familja ta’ “missirijiet” għall-qadi ta’ Kristu u tagħna lkoll.

U allura, żgħażagħ, morru fil-Knisja! Tibqgħux waħidkom! Alla jħobbkom u lest li jimla bil-ferħ u s-sliem lilkom ukoll.

Rajtu kemm uċuħ hienja u mixtieqa għat-tama? It-tama huwa Hu, il-ferħ huwa Hu, dak kollu li qed tfittxu jinsab fiH!

U Hu tgħarras magħHa, il-Knisja tiegħu.

U aħna wlied tagħha.

U lbieraħ rajna l-poplu qaddis ta’ Alla miexi fil-belt biex iriegħed lid-dinja, biex iħabbar is-salvazzjoni, biex jonfoħ kontra l-irjieħ tal-gwerra, biex ifakkar lill-ħażin li għandu jiemu magħduda, għax din hija l-Knisja ta’ Alla.

U ħadd ma jista’ jegħlibha.

Grazzi, żgħażagħ, grazzi li għentuna nitolbu, bikkejtuna, emozzjonajtuna.

Grazzi tal-fwieħa friska tagħkom tar-rebbiegħa, li jirnexxilha tegħleb mill-ġdid il-vera diqa antikwata u qerrieda li qed tgħaffeġ taħtha lid-dinja: dik ta’ min hu bogħod minn Kristu, iż-żagħżugħ ta’ dejjem.

Sto per dirvi cose ‘roventi”.

Perché ieri è successo qualcosa di clamoroso.

“Come è possibile che oltre 1 milione di giovani ancora si riunisce in quanto Chiesa?

“Cosa ha da dire ancora la Chiesa a questi qui?”

“Cosa hanno questi ragazzi da gioire e gridare per le strade? Come mai? Dovrebbero essere in discoteca, a bere, a drogarsi, a cercare i piaceri”.

Ecco, sono queste le considerazioni di chi guarda attonito questo fiume umano.

E fanno bene a porsi queste domande, perché ieri

in mondovisione, i giovani si sono riuniti non per qualche interesse mondano, ma “sotto la stessa luce, sotto la sua croce, cantando ad una voce” il nome di Gesù Cristo.

È questo ciò che attrae. Lo volete capire?

È Lui la novità perenne.

Forse dobbiamo ripartire non dal “rumore” dei giovani, ma dal loro incredibile silenzio davanti al Santissimo Sacramento, perché è di questo silenzio adorante che il mondo ha bisogno.

Ed è clamoroso tutto questo perché ancora una volta la Chiesa, accusata di essere antiquata, superata, opprimente, dá la sua forte risposta.

Trovatemi un’istituzione che dopo duemila anni di innumerevoli vicissitudini riesce ancora a muovere e riunire masse di giovani di questa portata.

Umanamente non è possibile.

E allora capiamo che essa è realmente fondata, guidata e sorretta da Gesù Cristo.

Altrimenti non si spiega.

Gridate ancora giovani! Gridate il vostro “silenzioso” boato ai ragazzi addormentati sui marciapiedi, che hanno dimenticato il suono della vita e lo coprono con il rumore della morte e dell’isolamento, dimenticandosi che c’è una Comunità che li ama.

La Chiesa riesce a farci uscire ancora una volta dallo stare da soli con noi stessi. Riesce a farci incontrare l’altro, a radunarci sotto una guida visibile e sicura, vestita di bianco, perché sia luce in mezzo a noi.

Ancora una volta abbiamo trovato quanto sia ragionevole la presenza di una gerarchia, di una famiglia di “padri” a servizio di Cristo e di tutti noi.

E allora, ragazzi, andate in Chiesa! Non rimanete soli! Dio vi ama ed è pronto a riempire di gioia e di pace anche voi.

Avete visto quanti volti gioiosi e desiderosi di speranza? La speranza è Lui, la felicità è Lui, tutto ciò che cercate sta in Lui!

E Lui ha sposato Lei, la sua Chiesa.

E noi siamo suoi figli.

E ieri abbiamo visto la prole santa di Dio camminare per la città a scuotere il mondo, ad annunciare la salvezza, a soffiare contro i venti della guerra, a ricordare al male che ha le ore contate, perché questa è la Chiesa di Dio.

E nessuno la può sconfiggere.

Grazie giovani, grazie per averci fatto pregare, piangere, emozionare.

Grazie per il vostro fresco profumo di primavera, che riesce a sconfiggere ancora una volta la vera tristezza antiquata e distruttiva che opprime il mondo: la lontananza da Cristo, l’eterno giovane.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading