“Wieħed qatt ma jista’ jgħid: Alla qata’ qalbu minni” – Fr Josef Mifsud

16/08/2025: Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, ġiet diskussa t-tixbiha tan-nagħġa l-mitlufa fejn Fr Josef Mifsud qal li wieħed żgur qatt ma jista’ jgħid li Alla qata’ qalbu minnu.

https://tv.newsbook.com.mt/player/embed?assetID=gr2rbzrhvl3c7oh3&skin=green&autoplay=0&ads=1

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Josef Mifsud u Daniela Borg. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.

Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew – Mt 18, 1-5.10.12-14
Għalhekk l-ikbar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet huwa dak li jċekken lilu nnifsu bħal dan it-tfajjel żgħir. U kull min jilqa’ tfajjel bħal dan minħabba f’ismi, ikun jilqa’ lili. Intom x’jidhrilkom? Jekk wieħed raġel ikollu mitt nagħġa u tintiliflu waħda minnhom, ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fuq l-għoljiet u jmur ifittex dik li tkun intilfitlu? U jekk jirnexxilu jsibha, tassew ngħidilkom jifraħ iktar biha milli bid-disgħa u disgħin l-oħra li ma jkunux intilfu. Hekk ukoll, anqas Missierkom li hu fis-smewwiet ma jrid li jintilef wieħed minn dawn iż-żgħar”.

Sors: Newsbook Malta

Artiklu miktub minn George Cassar

Sors: www.knisja.mt
Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading