V … “Kattrilna l-fidi” hija t-talba li għamlu l-Appostli lil Ġesù. Ejjew aħna wkoll nitolbu lill-Missier dan ir-rigal, filwaqt li nintelqu f’idejn l-Ispirtu tiegħu għax hu jaf iktar minna x’inhu ta’ ġid għalina.
1. Saħħaħ il-Knisja fil-fidi fik, biex kulma twettaq jibda u jintemm fik. Nitolbu
2. Żomm taħt il-ħarsien tiegħek lil dawk li jmexxuna biex jgħożżu dejjem il-fidi li għaddewlna missirijietna, mhux biss bħala tradizzjoni, iżda bħala stil ta’ ħajja. Nitolbu
3. Kun ma’ dawk kollha li jwasslu l-Kelma tiegħek lit-tfal u ż-żgħażagħ, biex jgħinuhom isir jafuk. Nitolbu
4. Saħħaħ lil dawk li m’għadhomx jipprattikaw il-fidi tagħhom biex iduqu l-ħlewwa tal-fiduċja fik u jerġgħu lura fi ħdanek. Nitolbu
V … Missier fidil, ilqa’ dawn it-talbiet tagħna u għinna ningħaqdu iżjed miegħek fil-fidi u fl-imħabba aħna u nittamaw fil-ħajja ta’ dejjem. Bi Kristu Sidna