Iva għas-sejħa ta’ Alla illum qabel għada. Kitba ta’ P. Juan De Bono ocd

X’immur il-Quddies nagħmel?

L-aħwa, issib min igħidlek, ‘u le immur quddies kulljum….. daqskemm għandi x’nagħmel !!!!’

Ma għandix dubbju li għandek ħafna x’tagħmel, b’danakollu li kieku xi ħadd igħidlek li hemm pjazza li fiha hemm ATM li minnha tista’ tiġbed flus kemm trid bla ma jkollok kont il-bank, ma naħsibx li m’intix se ssib ħin u tmur tiġbed ftit eluf ta’ ewro.

Il-Qudiesa tassew hija grazzja kbira li Alla qiegħed iħallilna.

Il-ġrajja ta’ Ġona

Il-liturġija tallum fl-ewwel qari qiegħdha tippreżentalna l-ġrajja ta’ Ġona. Ilkoll nafu din il-ġrajja, u żgur li din il-ġrajja llum, aktar minn qatt qabel hija attwali.

Alla għadu jsejjaħ illum ukoll

ŻGUR LI LLUM BĦAL FI ŻMIEN ĠONA, ALLA GĦADU JSEJJAĦ BOSTA ŻGĦAŻAGĦ BIEX JIMXU WARAJH AKTAR MIL-QRIB.

ŻGUR LI ALLA QIEGĦED ISEJJAĦ BOSTA BIEX IMORRU JWASSLU L-KELMA TIEGĦU, U BIEX HEKK POPLI SĦAĦ ISALVAW.

Imma żgur ukoll li bosta llum bħal Ġona, malli jisimgħu s-sejħa ta’ Alla, jirkbu mezz ta’ transport li jeħodhom f’direzjoni għal kollox opposta għal-post li Alla jkun qiegħed isejħilhom għaliha.

‘U iva m’hemmx għaġġla…..’

Issib min igħidlek, ‘u iva, ma jistax ikun li llum jibqgħu jidħlu patrijiet ta’ sbatax jew tmintax!!!!!’

U jiena nidħaq meta ssib min jirraġuna hekk.

Issib oħrajn li jgħidulek, u ‘illum tajjeb li jkunu għamlu l-esperjenzi tal-ħajja qabel ma jgħidu iva u jidħlu l-kunvent!!!’

U jiena mil-ġdid nidħaq, għax qisu xi ħadd qiegħed igħid, ‘qabel ma sewwieq jingħata l-liċenzja biex isuq, aħjar ikun mar isuq fil-kontinenti kollha u idejalment aħjar ikollu xi qabda inċidenti’

Min iduq lil Alla ma jħarisx lura

Ohhh l-aħwa, MIN IDUQ LIL ALLA, MA JISTAX JOQGĦOD JISTENNA

MIN IDUQ LIL ALLA, MA JISTAX JITLEF ŻMIEN.

IL-ĦAJJA HI WISQ QASIRA GĦAL DAN.

Jekk qiegħed tħoss li l-Mulej qiegħed isejjaħlek, IFFOKA FUQ DIN IS-EJĦA, ITLOB, ĦU PARIR SPIRITWALI, IMMEDITA L-ISKRITTURA U AQRA L-ĦAJJIET TAL-QADDISIN, U FITTEX IRKEB IX-XINI LI SE JIEĦUDOK NINWĖ.

Kemm taqlib fid-dinja, kemm persuni jinsabu fil-periklu għax int ħrabt mis-sejħa li Alla qiegħed jagħmillek. 

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?