Nirrispondu verament għas-sejħa li qed jagħmlilna Alla

Ħsieb ta’ Daniel Borg dwar il-messaġġ tal-Papa waqt l-Angelus

Illum fil-tieni qari San Pawl jagħmlilna sejħa biex inżommu dejjem fiċ-ċentru lil Kristu (2 Tim 2,8). Imma kif jgħidilna Papa Ljun XIV fil-priedka tiegħu, bħal dawk l-għaxar lebbrużi mfejqa, li wieħed minnhom biss jirritorna biex jirringrazzja lil Ġesu’,il-grazzja ta’ Alla tista’ tilħaqna imma, imma ma nagħtux kas, tista’ tfejjaqna imma ma nħossux is-sejħa li nimxu wara Ġesu bir-rieda kollha tagħna. Dawk l-għaxar lebbrużi jiltaqgħu ma’ Ġesu’. Ġesu jfejjaqahom u jibgħathom juru ruħhom lill-Qassisin. Minn dawk l-għaxra wieħed biss inbidel verament. L-oħrajn fiequ imma qalbhom baqgħet siekta għas-sejħa vera li kien qed jagħmlilhom Alla, jiġifieri li jimxu warajH.

Tista’ tara wkoll dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa ta’ facebook:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02gTpJoAhuj71VAHvH9opgsVviyn16vBLgjmuP6svwgzqVd6urGibXWR9rsHHeHZTql

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading