Ġwanni Pawlu II f’Santo Domingo

VIJAĠĠ APPOSTOLIKU F’SARAGOZZA,
SANTO DOMINGO U PUERTO RICO
QUDDIESA GĦALL-EVANĠELIZZAZZJONI TAL-POPLI
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Santo Domingo
Il-Ħamis, 11 ta’ Ottubru 1984

1. “Dan Alla li qal: “Ħa jiddi d-dawl mid-dlam”, dak hu li idda fi qlubna” (2 Cor 4, 6).

Għeżież ħuti fl-episkopat, il-Knisja llum tibda novena partikolari. Dan huwa l-perijodu ta’ disà snin li jifridna mir-rikorrenza tal-ħames ċentinarju tal-iskoperta tal-Amerika.

Din id-data – waħda mill iktar important tal-istorja tal-umanità – timmarka wkoll dik tal-bidu tal-fidi u tal-Knisja f’dan il-kontinent.

Waqt li nasal f’din il-gżira, li fiha ħames mitt sena ilu kienet iċċelebrata l-ewwel quddiesa u kien imwaqqaf l-ewwel salib, nixtieq, bħala Isqof ta’ Ruma u suċċessur tal-Appostlu Pietru, ninawgura din in-novena ta’ snin, flimkien mal-episkopat u mal-Knisja kollha fl-Amerika Latina, kif ukoll flimkien mar-rappreżentanti tal-isqfijiet ta’ Spanja, il-Portugal, il-Filippini, l-Istati Uniti u l-Canada, kollha għal titoli differenti marbutin ma’ din iċ-ċelebrazzjoni.

L-istess Alla “li qal: “Ħa jiddi d-dawl mid-dlam”, ħa jiddi fi qlubna”.

Fl-ispedizzjoni mmexxija minn Kristofru Kolombu infetħu artijiet mhux magħrufa u dehret dinja Ġdida. Hekk ukoll l-istess Alla li għall-iskopraturi, imdawra mill-abbiss tal-oċean immens, ippermetta jum wieħed li jinfexx fl-għajta: “Terra, terra!”, u l-istess Alla “li idda fi qlubna, biex jagħtina d-dawl tal-għarfien tal-glorja ta’ Alla, li tiddi f’wiċċ Kristu” (2 Kor 4, 6).

2. Dan kien il-bidu feddej tal-għarfien tal-glorja ta’ Alla li tiddi fuq il-wiċċ ta’ Kristu: il-bidu tal-evanġelizzazzjoni tal-Amerika, il-bidu tal-fidi u tal-Knisja fid-dinjal l-Ġdida.

Intom ilkoll li tikkostitwixxu din il-Knisja, tixtiequ tfakkru din id-data bi gratitudni qawwija lejn l-Omnipotenti, Missier, Iben u Spirtu Santu, lejn Alla li huwa mħabba u verità.

Għalhekk minn issa, waqt din in-novena ta’ snin ta’ tħejjija, tixtiequ ssegwu l-passi ta’ dawk il- messaġġi tal-fidi kollha, li waqt li waslu sa hawn minn tmiem is-seklu XV, taw xhieda daqs l-appostlu Pawlu: “Aħna qegħdin inxandru lil Kristu l-Mulej, u mhux lilna nfusna, aħna m’aħniex għajr qaddejja tagħkom minħabba f’Ġesù Kristu” (2 Kor 4, 5).

Din ix-xhieda migħuxa u ppridkata ta’ Kristu Ġesù bħala Sidna, bħala dawl għall-ħajja, bħala bidu u tmiem tal eżistenza umana, bħala ħu l-bniedem fil-pjan feddej ta’ Alla, huwa n-novità li timbotta ġenerazzjonijiet suċċessivi ta’ missjunarji. Huma jiġu b’mod speċjali mill-peniżola Iberika: franġiskani, merċedari, dumnikani, agostinjani, ġiżwiti, kapuċċini u ordnijiet oħra reliġjużi. Magħhom wara ingħaqdu wkoll dawk li ġew minn nazzjonijiet oħra. U dawn, sena wara l-oħra, tul il-korsa ta diversi sekli, sa żminijietna, sakemm il-fidi fi Kristu tissaħħaħ b’għeruq profondi fil-kristjanità l-ġdida.

Il-fidi fi Kristu Salvatur u s-servizz lilha huwa dak li jattira l-predikaturi tal-Vanġelu; huwa dak li jagħmilhom qaddejja tal-bniedem li jsibu fl-artijiet ġodda, li fihom il-fidi tagħhom ġġegħlhom jiskopru l-bniedem ħuhom, il-mifdi minn Kristu, Bin l-uniku Missier, Alla.

Xu stagħġib profond iqanqlu illum ukoll il-ġesti ta’ dawk il-messaġġiera tal-fidi! Ftit fin-numru għal territorju daqstant immens, mingħajr il-mezzi moderni ta’ transport u ta’ komunikazzjoni, b’riżorsi mediċi skarsi, fost kordillieri mponenti, xmajjar, foresti, artijiet niexfa u inospitali, pjanuri moħmija u altiplani li jaslu mill-Colorado sa Florida, il-Messiku u l-Canada; mill-Konok tal-Orinoco u tal-Magdalena sal-Amazzonja; mill-pampa sal-Arauco. Vera epopej ta’ fidi, ta’ servizz lill-evanġelizzazzjoni, ta’ fiduċja fil-qawwa tas-salib ta’ Kristu!

3. Mill-ġdid  fit-tieni Ittra lill-Korintin.l-appostlu jikteb:“Aħna għandna dan il-misteru . . . ma naqtgħux qalbna, imma nwarrbu kull ħabi u għajb; u la nimxu bil-qerq u lanqas ngħawġu l-kelma ta’ Alla, iżda nuru l-verità kollha u nħallu l-kuxjenza ta’ kull bniedem tiġġudika hi quddiem Alla” (2 Kor 4, 1-2).

Kemm għandna nirringrazzjaw lil Alla talli għandna l-predikaturi tal-Vanġelu jwettqu l-missjoni tagħhom b’dan l-ispirtu. Huma, infatti,, jiżvolġu dmirhom b’libertà u kuraġġ, bla kalkoli ssuġġeriti minn qerq uman. Għalhekk nippridkaw il-kelma ta’ Alla fl-integrità tagħha kollha. Bla ma nisktu fuq il-konsegwenzi prattiċi li joħorġu mid-dinjità ta’ kull bniedem, ħuna fi Kristu u bin Alla.

U meta l-abbuż tal-qawwi  ħabat għall-indifiż, ma naqsitx il-vuċi li appellat għall-kuxjenza li sawtet l-oppressjoni, li ddefendiet d-dinjità ta’ min ġie trattat inġustament, fuq kollox ta’ l-iktar abbandunati. B’liema qawwa tidwi fl-ispirti l-kelma ta’ Fra Antonio de Montesinos, meta fl-ewwel omelija dokumentata, dik tal-Avvent 1511 – fil-bidu tal-evanġelizzazzjoni – jgħolli leħnu f’dawn l-istess postijiet, u waqt li akkuża b’mod enerġiku l-oppressjoni u l-abbużi mwettqa kontra innoċenti, għajjat: “Ilkoll tinsabu fid-dnub il-mejjat , , , Dawn mhumiex bnedmin? M’Għandhomx ruħ nazzjonali? M’intomx obbligati tħobbuhom bħalkom infuskom?” Kien l-istess leħen tal-isqfijiet, meta assumew fid-Dinja l- Ġdida t-titlu ta’ “protetturi tal-indjos”.

Anzi, bl-għajnuna u t-tagħlim mogħti lill-indiġenu, il-messaġġier tal-Vanġelu jinbidel – ‘il fuq mid-dnub għadu preżenti fost l-insara – b’solidarjetà mal-batuti. Bir-raġun kronista jistà jgħid li għar-reliġjużi “jafu mhux biss jafu d-duttrina soprannaturali, imma wkoll il-fatt li , , , kienu jgħallmu l-imġibiet morali u politiċi: insomma dak kollu li huwa meħtieġ għall-ħajja umana”.

Matul din in-novena ta’ snin, il-Knisja fl-Amerika Latina trid tagħti attenzjoni kbira lil din id-dimensjoni doppja tal-Vanġelu.Dan jitolbu s-sens integrali tal-fidi tal-poplu ta’ Alla, li jesprimi ruħu fil-konvinzjoni nisranija matura u fid-diversi forom ta’ “reliġjożità popolari”,  xhieda ta’ kemm profondament il-misteri ta’ Alla tefgħu għeruqhom fil-kuxjenza u dil-ħajja ta’ multitudnijiet ta’ esseri umani.

Quddiem dan, ejjew niżżu ħajr żelanti lil “Sid l-għalqa tad-dwieli” għall-benefiċċi msawba fuq il-messaġġiera tal-bxara t-tajba, mill-bidu sallum.

4. Il-Vanġelu ta; din il-quddiesa ifakkarna iż-żjara ta’ Marija, wara l-Annunzjazzjoni, fid-dar ta’ Eliħabetta.

L-Amerika Latina imbidlet fl-art taż-żjara l-ġdida. L-abitanti tagħha, infatti, laqgħu lil Kristu, imwassal sa ċertu punt fil-ġuf ta’ Marija, li isimha kien dak ta’ waħda mit-tliet karavelli ta’Colombo. U ingħaqdu b’mod paerikolari ma’ Kristu permezz ta’ Marija. Għal dan il-kontinent huwa sallum xhieda ta’ preżenza parttikolari ta’ Omm Alla fil-misteru ta’ Alla u tal-Knisja (cf. Lumen Gentium, 52-65). Ukoll esternament, l-artijiet tal-evanġelizzazzjoni l-ġdida  juru din il-preżenza singulari ta’ Marija, bil-madwar elfejn isem ta’ bliet, pajjiżi u postijiet li jfakkru l-misteri u t-titoli tal-Verġni Santissma  .

Meta Eliabetta, waqt li sellmet lil Verġni ta’ Nażżaret, ippronunzjat il-kliem: “Ħienja dik li emmnet”” (Lq 1, 45), dan il-kliem jista japplika  għall-abitanti tal-kontinent tagħkom: ħenjin intom, għaliex emmintu.

Tul il-kors tan-novena ta’ snin li qegħdin nibdew, irridu nimmeditaw dwar din il-ġrajja fostunata, billi niżżu ħajr lil Alla għall-fidi tad-diversi ġenerazzjonijiet li, bil-fjakkola ta’ Kristu f’idejhom u fi qlubhom, qasmu kull wieħed mill-Pajjiżi tal-kontinent  Amerikan. U biex ikomplu jsibu f’din il-fidi is-sors tal-ħajja u tal-qdusija.

Inħejju ruħna mela biex inkantaw ma’ Marija il-Magnificat għall-“ħwejjeġ kbar li l-Mulej għamel”, għad-doni kbar ta’ Alla, li jibdlu l-ħajja tal-bnedmin fuq l-art “f’ħajja ġdida”, f’milja; u li jiftħu quddiemha l-prospettiva tal-eternità f’Alla.

“Qaddis hu l-isem tiegħu: minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni l-ħniena tiegħu tinfirex fuq dawk li jibżgħu minnu” (Lq 1, 49-50). Il-kant tagħna ta’ tifħir rikonoxxenti lill-Mulej għall-ħniena bla taqtà tiegħu, kant li jagħmel fina rikonoxximent tal-kobor tiegħu u tan-nuqqas minn kollox tagħna, reverenza u mħabba ta’ wlied, wegħda ta’ fedeltà għall-kmandamenti tiegħu, għaliex il-biżà ta’ Alla hija l-bidu tal-għerf (cf. Sal 111, 10).

5. Fil-Magnificat ta’ Marija jidwi wkoll dan il-kliem: “[Alla] wera l-qawwa ta’ driegħu, billi xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom; niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, għolla liċ-ċkejknin, u mela b’kull ġid lil min hu bil-ġuħ, lill-għonja bagħathom ‘il barra b’xejn” (Lq 1, 51-53).

Il-kelma rivelata hawn turi  t-tjubija ta’ Alla li jsawwab fuq l-umli u ċ-ċkejknin, li lilhom jirrivela s-sigrieti tas-saltna (cf. Mt 11, 25), u jimla bil-ġid tiegħu u bit-tama. Huwa hu Alla ta’ kulħadd, imma  jagħti l-ħniena tiegħu qabel kollox lil dawk svantaġġjati ta’din id-dinja.

Dan il-kliem tal-Magnificat huwa eku antiċipatriċi tal-beatitudni: “Ħenjin il-foqra tal-ispirtu, għaliex tagħhom hija s-saltna tas-smewwiet . . . Ħenjin dawk li għandhom ġuħ u għatx tal-ġustizzja għaliex ikunu mxebbà” (Mt 5, 3-6). Din ir-realtà bibblika issib is-sies tagħha fl-identifikazzjoni li Kristu jistabilixxi ma’ dawk fil-bżonn: “Kull darba li għamiltu dawn il-ħwejjeġ ma wieħed minn dawn l-izgħar fost ħuti, għamiltuh miegħi” (Mt 25,40).

L-eżempju ta’ Kristu ta’ mħabba mal-fqir kien tradott b’mod konkret, għall-Knisja Latinoamerikana, b’mod speċjali biex nibdew minn Medellin u minn Puebla, fl-hekk imsejħa għażla preferenzjali għall-foqra.

Fil-prospettiva tan-nofs millenju issa fil-qrib ta’ evanġelizzazzjoni, il-Knisja fl-Amerika Latina issib ruħha quddiem dmir importanrissmu li jgħaddas għeruqu fil-Vanġelu. Mhemmx dubju li l-Knisja trid tkun integralment fidila lejn Sidha, billi tqiegħed fil-prattika din l-opzjoni, billi toffri l-kontribut ġeneruż tagħha lill-opra ta’ “liberazzjoni soċjali” tal-moltitudni ta’ foqra, bl-iskop li tikseb għal kulħadd ġustizzja li tikkorrispondi mad-dinjità tagħhom ta’ bnedmin u wlied Alla.

Imma hi trid twettaq dan id-dmir important u urġenti f’linja ta’ fedeltà għall-Vanġelu, li jipprojbixxi l-użu u l-metodi ta’ mibegħda u ta’ vjolenza:

– trid twettqu billi żżomm opzjoni prefirenzjali għall-fqar li mhumiex – kif għidt jien stess f’diversi okkażjonijiet – esklussivi linqas eskludenti, imma li tiftaħ għal dawk li jridu joħorġu minn dnubhom u jikkonvertu fl-intimu tal-qalb;

– Trid twettqu mingħajr li din l-opzjoni tfisser tara l-fqir, bħala klassi f’taqtigħa, jew bħala Knisja mifruda mill-komunjoni u mill-ubbidjenza lir-rgħajja maħtura minn Kristu;

– trid twettqu billi tqis il-bniedem fil-vokazzjoni terrena u eterna tiegħu;

– trid twettqu bla ma l-isforz indispensabbli ta’ bidla soċjali jesponi l-bniedem li jkun assoġġettat kemm għal sistemi li jċaħħduh mil-libertà tiegħu u jissottomettuh għal programmi ta’ atejiżmu, kif ukoll għal sistemi ta’ materjaliżmu prattiku u li jneżżgħuh mill-għana tiegħu interna u traxxendenti;

– trid twettqu waqt li taf li l-ewwel liberazzjoni li tikseb għall-bniedem hija l-liberazzjoni mid-dnub, mill-ħażen morali li jbejjet f’qalbu, u li huwa l-kawża tad-“dnub soċjali” u tal-istrutturi oppressivi.

Dawn huma xi punti fondamentali ta’ riferiment, li l-Knisja ma tistax tinsa fl-azzjoni evanġelizzatriċi u ta’ promozzjoni umana tagħha. Hawn iridu jinżammu preżenti fil-prattika u fir-riflessjoni tejoloġika, flimkien mal-indikazzjonijiet tas-Santa Sede fl-Istruzzjoni riċenti tagħha rigward ċerti aspetti tat-“tejoloġija tal-liberazzjoni”, maħruġa mill-Kongregazzjoni għad-duttrina tal-fidi.

F’dan il-waqt sollenni nixtieq nerġà nasserixxi li l-Papa, il-Knisja u l-ġerarkija tagħha jridu jkomplu jkunu preżenti fil-kawża tal-fqir, tad-dinjità tiegħu, tal-elevazzjoni tiegħu, tad-drittijiet tiegħu bħala persuna, tal-aspirazzjonjiet tiegħu għal ġustizzja soċjali urġenti. Għal dan, biex  jaħdmu skont il-kriterji fuq indikati u f’għaqda mar-rgħajja tagħhom, il-persuni u l-istituzzjonijiet ekkleżjali li jaħdmu b’ġenerożità ta’ min waqt li jfaħħarha għall-kawża tal-foqra, jridu jħossuhom illum mhux imwaqqfa, imma kkonfermati u nkuraġġiti fil-għan tagħhom.

6. Waqt li qiegħd jasal fi tmiemu l-ewwel nofs tal-millenju ta’ evanġelizzazzjoni, l-Amerika Latina tinsab quddiem prova storika kbira.

Għalhekk il-Knisja tara f’dan il-ġublew appell għal sforz ġdid krejattiv fl-evanġelizzazzjoni tagħha. Hi li b’mod kostanti tfittex fil-Vanġelu. Hi li tfittex il-verità kollha u l-imħabba li l-Vanġelu jiġbor fih, trid tkun fidila għall-program ta’ Pawlu: inwarrbu “kull ħabi u għajb . . . u lanqas ngħawġu l-kelma ta’Alla,  iżda nuru l-verità kollha u nħallu l-kuxjenza ta’ kull bniedem tiġġudikana hi quddiem Alla” (2 Kor 4, 2).

Imma l-kelma ta’ Alla tinħtieġ xuftejn umani biex tkun imxandra. Hemm bżonn li nqegħdu tagħna għad-dispożizzjoni ta’ Kristu. Jinħtieġu għal dan l-ewwelnett, abbundanti, jew għallinqas suffiċjenti, il-vokazzjonijiet tas-saċerdoti u r-reliġjużi. Huwa meħtieġ li, fis-skiet ta’ din it-talba fertili li li tiġi mill-qari tal-kelma divina, bosta rġiel u nisa Latinoamerikani jisimgħu s-sejħa ta’ Alla li tistieden biex iħallu x-xbieki tal-interessi propji biex isegwu mill-qrib lil Kristu, biex jassoċjaw ruħhom b’impenn totali mal-istil ta’ ħajja tiegħu, mad-donazzjoni diżinteressata tiegħu lil kulħadd u lil kull wieħed u waħda tal-bnedmin li jiltaqgħu magħhom fil-mixja tagħhom..

Dawn l-irġiel u nisa kkonsagrati b’mod partikolari jkunu dawk li,waqt li jiffurmaw mal-operaturi attwali tal-pastorali l-għoqod sodi tax-xibka appostolika magħmula mill-imghammdin kollha, jagħtu saħħa  lill-isforz kateketiku mixtieq li se jkollu jikkostitwixxi l-aħjar tħejjija għall-ħames ċentinarju tax-xandir tal-Vanġelu fl-Amerika. Liema  qima tistà  tkun mogħtija lill-ewwel missjunarji tal-Amerika Latina aħjar minn din, li tikkonsisti fis-segwitu tad-don totali tagħhom lil Kristu u fl-organizzazzjoni – fil-livell dijoċeżan, nazzjonali u kontinentali – azzjoni kateketika qawwija li twassal għal għarfien aħjar tal-kelma rivelata u għal impenn ikbar fli tittraduċija fil-ħajja?

Tali azzjoni jrid ikollha, flimkien ma’ oġġettivi prijoritarji oħra, dak tal-promozzjoni ta’ morali b’saħħita familjari u pubblika, ta’ prattika sagramentali dejjem iktar koxjenti u orjentata biex tibda d-dinamiżmu santifikatur u appostoliku propju ta’ Magħmudija.

7. L-isforz tal-Knisja biex tkun fidila lejn Kristu, lejha nfisha u lejn il-bniedem mhijiex xi ħaġa li qiegġda titwieled illum.

Jiena rriferejt qabel għall-ispirtu li bih eżerċitaw dmirhom evanġelizzatur tant missjunarji li ġew f’dan il-kontinent u li kienu fl-istess ħin elementi attivi ta’ promozzjoni soċjali

Kemm huwa dovut lilhom, ukoll umanament, grazzi għax-xogħol  magħmul fix-xandir fl-ispirtu evanġeliku ta’ mħabba lejn kull bniedem! Dmir li għadu għaddej b’mod fertili sa jiemna, f’tant forom u postijiet.

Kemm inizjattivi oħra prattiċi tqanqlu – fl-Amerika kollha – mill-ispirazzjoni li tant irġiel u nisa kkonsagrati lil Alla, jew fil-kondizzjoni tagħhom ta’ lajċi nsara, siltu jew jisiltu mit-tagħlim tal-Knisja!

Fl-iktar storja ekkleżjali riċenti, punt important tal-wasla huwa kostitwit mill-konferenzi ta’ Medellin u ta’ Puebla.

Tal-ewwel ġabret l-orjentamenti tal-Konċilju Vatikan II. Tat-tieni assumiet, għaxar snin wara, l-orjentamenti ideali kollha ta’ Medellin, billi ppreċiżat interpretazzjonijiet mhux korretti tal-konklużjonijiet tagħha, biex twieġeb aħjar għall-missjoni tal-Knisja u għall-impenn tagħha favur il-bniedem.

Hekk ukoll, kemm ma kinux l-isforzi tal-episkopati ta’ kull nazzjon tal-kontinent biex jelevaw lill-poplu latinamerikan permezz ta’ evanġelizzazzjoni mġedda!

Iċ-Celam, min-naħa tagħha, kompliet x-xogħol ta’ animazzjoni, ta’ servizz u ta’ komunjoni tagħha b’inizjattivi numerużi, Ma nistax nonqos li nsemmi, bħala l-iktar riċenti, il-Messaġġ tagħha għall-500 sena tal-iskoperta u tal-evanġelizzazzjoni tal-Amerika Latina. Fih din tawgura li jitwassal lill-bniedem Latinoamerikanda id-dawl ta’ Kristu, li tkun magħrufa d-dinjità tiegħu, ippremjat is-sabar tiegħu u sodisfatti d-drittijiet tiegħu.

8. Waqt li għandi quddiem għajnejja, bħala Isqof ta’ Ruma, ninżel għarkubbtejja quddiem il-majjestà ta’ Alla l-ħaj, Missier, Iben u Spirtu Santu.

Quddiemek, Sultan tas-slaten, u Sid tas-sidien

U flimkien magħkom, ħuti fl-episkopat, magħkom saċerdoti u familji reliġjużi, magħkom ulied l-Amerika, mal-ġenerazzjoni adulta u ma’ dik żagħżugħa, irrid nawgura li din in-novena kbira ta’ snin, tkun evanġelizzazzjoni ġdida, missjoni mifruxa mal-Amerika Latina, mobilitazzjoni spiritwali qawwija.

F’din in-novena nixtiequ, permezz tal-Qalb Immakulata ta’ Omm Alla u fuq l-għatba tal-ħames ċentinarju tal-fidi u tal-Knisja, inġeddu f’dawn l-artijiet l-allejanza bejn Magħmudija u Vanġelu.

L-allejanza miegħek, Kristu missier tas-seklu futur, li int il-Feddej u  u s-Sid tagħna. Miegħek li tgħix u ssaltan ma’ Alla Missier, fl-għaqda tal-Ispirtu Santu għal dejjem ta’ dejjem. Amen.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading