V … Il-Mulej illum qed isejħilna biex inqumu min-ngħas tagħna ħalli nilqgħu s-salvazzjoni tiegħu. B’fiduċja kbira fih, inressqulu dan it-talb tagħna.
1. Nitolbuk Mulej għall-Knisja tiegħek, biex bil-kliem u bl-eżempju turi lid-dinja li s-salvazzjoni tiegħek hi fil-qrib. Nitolbu
2. Nitolbu għall-mexxejja tan-nazzjonijiet, biex imdawlin minnek, Mulej, ma jfittxux iżjed dak li jifridhom, imma jaħdmu għall-paċi u għall-ġid komuni. Nitolbu
3. Niftakru f’dawk il-persuni li qed iħossuhom imkaxkra mill-ħajja mgħaġġla tagħhom, biex jagħrfu jħallu spazju għal dak li jibqa’ għal dejjem. Nitolbu
4. Nitolbuk, Mulej għalina lkoll; għallimna nishru u nkunu attenti biex nagħrfu r-rieda tiegħek fil-ħajja tagħna. Nitolbu
V … Ieqaf magħna, Mulej, li qegħdin nibdew din il-mixja tal-Avvent. Ressaqna aktar lejk u iftħilna qlubna biex nitħejjew tajjeb għall-miġja tiegħek. Bi Kristu Sidna.