Pass storiku lejn il-fejqan tad-Dar Komuni tagħna

62 komunita reliġjużia jħabbru d-deċiżjoni kuraġġuża tagħhom kontra l-produzzjonu u l-użu tal-fjuwils fossili

Fil-jiem li għaddew, il-Moviment internazzjonali, Laudato Si’ ħabbar illi, 62 istituzzjoni reliġjuża—inklużi djoċesijiet Kattoliċi, banek Protestanti, u netwerks insara tal-investiment, ikkomunikaw id-deċiżjoni tagħhom li jinqatgħu għal kollox mill-fjuwils fossili.

Dan huwa impenn tassew kbir, li huwa bbażat mhux biss fuq raġunijiet xjetifiċi u ekoloġiċi imma speċjalment fuq fidi u morali. Huwa impenn li jibgħat messaġġ qawwi u profetiku lill-mexxejja tad-dinja li ma nistgħux nistennew aktar sabiex nimxu lil hinn mill-era tal-fjuwils fossili u nħaddnu futur imsejjes fuq il-ġustizzja, it-tiġdid, u l-kura tad-Dar Komuni tagħna.

Din id-deċiżjoni kuraġġuża tagħhom tfisser l-irtirar tar-riżorsi finanzjarji minn kumpaniji involuti fl-estrazzjoni u l-produzzjoni tal-faħam, iż-żejt, u l-gass.

Għall-istituzzjonijiet reliġjużi, hija deċiżjoni profondament morali u spiritwali, li tiżgura li r-riżorsi tagħna ma jibqgħux jappoġġjaw l-industriji li qed ikomplu jaggravaw il-kriżi klimatika u l-ħsara soċjo-ambjentali.

Minflok, ħafna istituzzjonijiet qed jidderieġu mill-ġdid il-fondi tagħhom lejn enerġija rinnovabbli, agrikoltura sostenibbli u proġetti mmexxija mill-komunità li jfejqu kemm lin-nies kif ukoll lill-pjaneta.

Aqra aktar dettalji minn hawnhekk

L-Enċiklika tal-Papa Franġisku, Laudato si’ u bosta riżorsi dwarha …

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading