Talb tal-interċessjoni fil-Quddies tat-2 Ħadd tal-Avvent

V …  Il-Mulej huwa tassew qrib il-poplu tiegħu u ma jdawwarx wiċċu mill-bżonnijiet tagħna. B’din il-fiduċja f’qalbna, inressqu quddiemu t-talb tagħna.

1. Nitolbu għall-Knisja, biex tkompli ssemma’ leħinha u ssejjaħ lill-bnedmin għall-indiema. Nitolbu

2. Għall-mexxejja tal-pajjiżi biex bl-imġiba tagħhom u bil-mod kif jiggvernaw, ixerrdu l-ġustizzja fid-dinja. Nitolbu

3. Għal dawk li għaddejjin minn xi diffikultà biex isibu t-tama tagħhom fil-Mulej, li minnu ġej kull sabar u faraġ. Nitolbu

4. Għalina, biex dan l-Avvent nilqgħu is-sejħa li nħejju t-triq tal-Mulej f’ħajjitna. Nitolbu

V …  Mulej, Alla tagħna, li tħenn għad-dgħajjef u għall-fqajjar, ilqa’ dan it-talb li qegħdin nagħmlulek u kabbar fina il-fiduċja fik. Bi Kristu Sidna.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading