Ġwanni Pawlu II fl-inawgurazzjoni ta’ sena akkademika ġdida

SOLENNITÀ KONĊELEBRAZZJONI EWKLARISTIKA LI BIHA KIENET INAWGURATA S-SENA AKKADEMIKA L-ĠDIDA TA’ 14- L ATENEJ EKLEŻJASTIĊI F’RUMA

OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II

Bażilika ta’ San Pietru – Il-Ġimgħa, 26 ta’ Ottubru 1984

1. Fuq l-għatba tas-sena akkademika l-ġdida,insellem b’qalbi kollha lis-superjuri tal-Kongregazzjoni għall-edukazzjoni kattolika tal-atenej kattoliċi ta’ Ruma: il-komunitajiet komposti mill-għalliema u mill-istudenti tal-universitajiet Pontifiċi Gregorjana, Lateranensi, Urbanjana, ta’ San Tumas d’Aquinu, Salesjana u tal-atenej ta’ San Anselmu, Antonianum u tal-fakultajiet tejoloġiċi u l-istituti tal-istudju. Lilkom ilkoll nesprimi l-merħba kordjali f’din il-bażilika li hi mwaqqfa fuq il-qabar ta’ San Pietru.

2. Qegħdin niltaqgħu qrib l-altar, li huwa il-post tas-sagrifiċċju.

Fl-Ewkaristija rridu noffru dak kollu li jikkomponi l-konbinaszzjoni tal-perijodu l-ġdid tal-istudji tal- “atenej” tagħna.

Din il-“konbinazzjoni” tikkostitwixxi parti mportanti tal-ħajja ta’ din il-Knisja li hija f’Ruma u li tinġabar madwar l-Isqof tagħha, imma wkoll tal-ħajja tal-Knisja kollha.

Idealment huma mistiedna biex jingħaqdu f’din il-komunità ta’ talb tallum l-atenej kattoliċi kollha mferrxa mad-dinja.

Bil-ħsieb f’kulħadd se nkantaw “Veni Creator Spiritus”, waqt li nitolbu dawl u l-qawwa tal-għoli għall-komunitajiet tagħna.

3. Aħna qegħdin niltaqgħu, biex nisimgħu – fil-liturġija tal-kelma ta’ Alla – il-parabbola tat-talenti. Biex nimmeditawha mill-ġdid għal darb’oħra.

F’din il-parabbola hija moħbija analoġija profonda u wiesgħa.

It-talent li dwaru jitkellem Ġesù huwa munita, flus, ħaġa. Verbalment mela l-kliem tal-Imgħallem ta’ Nazzaret jirrigwarda l-ordni tal-affarijiet: l-ordni ekonomiku.

Illum ma għadhomx jintużaw il-flis imsejhin “talenti”. It-terminu “talent minflok sar ifisser attribut jew kwalità tal-bniedem. L-attribut tal-ġisem, tal-moħħ jew tal-qalb. Mill-ordni tal-affarijiet ġie ttrasferit għall-ordni tal-persuna.

Il-kliem tal-pasrabbola ta’ Kristu jindika, mill-bqija, b’mod ċarissmu dan l-ordni.

Mhux l-“ekonomija tal-flus”, imma l-“ekonomij tal-bniedem”, hija t-tema propja tal-parabbola. Anzi l-“ekonomija tas-salvazzjoni”.

4. Hemm bżonn mela li din il-“konbimazzjoni” li tinsab quddiemna, u li tifforma s-sena akkademika, aħna nqegħduha fil-limiti tal- ekonomija tal-bniedem. Anzi li nqegħdu din il-“konbinazzjoni” fil-limiti tas-salvazzjoni.

Għal dan tistedinna l-liturġija tallum.

Ejjew insegwu sa mill-bidu nett din is-sejħa.

5. L-atenej, l-universitajiet, il-fakultajiet, l-istituti huma ambjent partikolari.

Dan l-ambjent huwa ddestinat, minnu nfih, biex iwettaq fih il-multiplikazzjoni tat-talenti:

– kemm tat-talenti li jikkorrispondu mal-vokazzjoni tal-istudjużi u tal-professuri;

– kif ukoll ta’ dawk li jikkorrispondu mal-vokazzjoni tal-istudenti.

Hawn qegħdin nitħaddtu, sa ċertu punt, dwar żewġ “livelli”, ta’ żewġ “metodoloġiji” differenti, li bdanakollu huma profondament marbutin u koerenti.

Għalhekk huwa meħtieġ li lil kull wieħed minn dawn il-livelli, u fl-istess ħin fid-dimensjoni tal-interdipendenza tagħhom, jitwettaq il-kliem tal-parabbola:

“Sinjur, inti tajtni ħames talenti; hawn ara, jiena qlajt ħamsa oħra” (Mt 25, 20).

“Sinjur, inti tajtni żewġ talenti; ara, jiena qlajt tnejn oħra” (Mt 25, 22).

6. Għad fadal il-kustjoni tat-“talent wieħed”, ta’ dak moħbi taħt l-art.

Eseġeta (Studjuż tal-Iskrittura) jispjega l-kliem hekk:

“Lil min għandu jingħatalu u jkollu bl-abbundanza; imma min m’għandux jitteħidlu saħansitra dak li għandu” (Mt 25, 29): “Alla jkabbar il-grazzja lil min jużaha tajjeb u jirtiraha lil dawk li ma jħaddmuhiex” (S. Garofalo, La Sacra Bibbia, III, p. 84).

7. Hekk mela l-kustjoni tat-talent – hekk ukoll dik tal-istudji – titqiegħed fid-dimensjoni ta’ dak li jistà jissejjaħ “dramm tal-bniedem” essenzjali. Din hija l-kustjoni tal-użu li hu jagħmel b’dak li huwa “ingħata” fl-umanità irripetibbli tiegħu, ta’ dak li lilu kien, fl-istess ħin, assenjat bħala dmir:

“assenjat bħala dmir” fid-dimensjonijiet tal-ħajja li kontemporanjament huwa vokazzoni;

“assenjat bħala dmir” fid-dimensjonijiet tal-istorja li, fl-aħħasr minn l-aħħar, huwa l-“istorja tas-salvazzjoni”.

8. Fuq dan l-isfond jakkwistaw ċarezza sħiħa l-kelmiet tal-Ktieb ta’ Bin Sirak tal-ewwel qari:

“Hieni l-bniedem li ħsiebu fl-għerf u jitkellem bl-għaqal, b’moħħu jifli triqatu, u jikkunsidra l-ħwejjeġ mistura tiegħu” (Sir 14, 20-21).

L-awtur tal-ktieb jesprimi ruħu bil-lingwaġġ poetiku tal-metafora, meta, waqt li jitkellem dwar l-għerf, jistieden biex insegwuh “bħal wieħed li jsegwi  direzzjoni . . .”

Biex jittawwal ġewwa “mit-twieqi tiegħu . . .” / jissemmagħlu mal-bibien tiegħu . . .” / biex imur “joqgħod ħdejn id-dar tiegħu” / u jgħammar “taħt il-friegħi tiegħu” (Sir 14, 22-24.26).

U lil dawk li jaġixxu hekk fir-rigward tal-għerf, huwa jwegħdhom li dan

joħroġ jiltaqà miegħu bħallikieku ommu, / jilqgħu bħallikieku mart żgħożitu; / jitimgħu bil-ħobż tal-għerf, / jisqih l-ilma tal-għerf. / Iserraħ fuq l-għerf u ma jmil qatt. / Iżomm miegħu u ma jkollux għax jistħi” (Sir 15, 2-4).

9. “Ara, qlajt ħamsa oħra… Ara qlajt tnejn oħra . . .”.

Iż-żieda tat-talenti hija opra tal-għerf. Waqt li nikkollaboraw miegħu, insiru parteċipi tar-rikkezzi moħbija fil-bniedem, fil-bniedem kollu: ġisem, moħħ, qalb.

It-talenti evangeliċi jiżviluppaw fir-raġġi tal-għerf li hu ta’ Alla, li huwa Alla fih innifsu, u li hu f’Alla “għall-bniedem”.

Mela hemm bżonn li kostantament niżnu f’ruħna dak li “jingħatalna” u dak li hu “assenjat lilna bħala dmir”: id-don u s-sejħa.

Hemm bżonn naħsbuh” dejjem mill-ġdid; speċjalment meta jibda stadju ġdid; fil-każ tagħna, fil-bidu ta’ sena akkademika ġdida.

Kont fidil fil ftit , se nafdak fuq ħafna” (Mt 25, 21).

Kont fidil?

Iddeċidejt li tkun fidil?

10. Għeżież ħuti! Ejjew nimmeditaw il-kelma ta’ Alla fil-liturġija tallum. Ejjew nimmeditaw fuq il-parabbola tat-talenti.

Ejjew niskopru fiha d-don u s-sejħa li s-sena akkademika l-ġdida ġġib magħha.

Ejjew ngħajtu mill-qiegħ ta’ rwieħna:

Veni Creator Spiritus”.

It-talenti jiżviluppaw ruħhom taħt in-nifs tal-għerf divin u jmexxu lejn l-għerf.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading