KONĊELEBRAZZJONI SOLENNITÀ FL-OKKAŻJONI TAL-GĦOXRIN ANNIVERSARJU TAS-«SACROSANCTUM CONCILIUM»
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Il-Ħadd, 28 ta’ Ottubru 1984
1. “Missier tassew qaddis . . .”. Ejjew nipprofessaw din il-qdusija billi nisselfu l-kliem tal- Profeta Iżaija, evanġelista tal-patt il-qadim: “Qaddis, qaddis, qaddis hu l-Mulej Alla tal-eżerċti. L-art kollha mimlija bil-glorja tiegħu” (Is 6, 3).
Ejjew nipprofessaw l-qdusija ta’ Alla, li fiha wieħed jesprimi s-sustanza kollha tiegħu: id-divinità li ebda krejatura ma tistà tiskrutinizza u li, fl-istess ħin, tattira kollox lejha bil-qdusija tagħha.
“Missier tassew qaddis, lilek it-tifħir minn kull krejatura”.
Kull krejatura xxandar il-glorja ta’ Alla minħabba l-fatt li hija, għal dak li fiha stess huwa, minħabba l-fatt li tgħix u topera. F’nofs id-dinja tal-esseri viżibli, il-bniedem biss huwa msejjaħ biex isir il-leħen tal-krejaturi, billi jassumi l-“opus gloriae Dei”.
2. Minn din il-vokazzjoni tal-bniedem fid-dinja viżibli tibda l-liturġija sagra tal-Knisja.
Illum qegħdin infakkru ġrajja mportanti ta’ għoxrin sena ilu, dakinhar il-Konċilju Vatikan II ipproklama l-kostituzzjoni Sacrosanctum Concilium, l-ewwel dokument tiegħu, iddedikat appuntu għal-liturġija sagra. U ma nistgħux nagħmluh aħjar milli ntennu l-kliem memorasbbli ippronunzjat f’dik iċ-ċirkustanza mill-predeċessur meqjum tagħna Pawlu VIl:
“. . . Waħda mit-temi [tal-Konċilju] – l-ewwel eżaminata u l-ewwel, sa ċertu punt, fl-eċċellenza ntrinsika u fl-importanza għall-ħajja tal-Knisja – dik dwar il-liturġija sagra, ġiet konkluża feliċement, u hija llum minna sollennement ippromulgata. Tifraħ ruħna b’dan ir-riżultat. Aħna nurukom ir-rispett fuq l-iskala tal-valuri u tad-dmirijiet: Alla fl-ewwel post; it-talb, l-ewwel obligazzjoni tagħna; il-liturġija, l-ewwel sors tal-ħajja divina kkomunikata lilna, l-ewwel skola tal-ħajja spiritwali tagħna, l-ewwel don li aħna nagħmlu lill-poplu nisrani, magħna kredenti u oranti, u l-ewwel stedina lid-dinja sabiex tħoll fit-talb beatu u ġenwin l-ilsien tiegħu mutu u jħoss il-qawwa ineffabbli liberatriċi tal-kant magħna tat-tifħir divin u t-tamiet umani, għal Kristu Sidna u fl-Ispirtu Santu” (AAS 56 [1964] 34).
3. Propju f’relazzjoni ma din il-ġrajja, illum ninsabu miġburin madwar dan l-altar, flimkien ma’ lIsqof ta’ Ruma, ir-responsabbli tal-Kongregazzjoni għall-kult divin, flimkien ma’ rappreżentanti tal-episkopati tad-dinja kollha, ta’ dawk jiġifieri li lilhom hija fdata l-attwazzjoni konkreta u vitali tal-liturġija sagra f’nofa il-poplu ta’ Alla tan-nazzjonijiet, lingwi u kulturi ndividwali, li fihom il-poplu stess jartikola u jesprimi ruħu.
Permezzt tas-sehem tagħkom, għeżież ħuti, jakkwista elokwenza partikolari l-kliem, li bih – waqt li maduraw lil Alla – niżżuh ħajr sabiex “ “ikompli jiġbor madwaru poplu, li minn tarf għal ieħor tad-dinja joffri lil ismu s-sagrifiċċju perfett”. Infatti aħna hekk ngħidu fit-Talba Ewkaristika III.
Tali kliem tat-talba ewkaristika, li llum nippronunzjaw hawn bil-Latin, bil-lingwa komuni tal-Knisja, jiġu rripetuti f’tant artijiet tad-dinja, f’lingwi differenti, li bihom l-abitanti tal-Pajjiżi ndividwali jesprimu u jipprofessaw b’mod koxjenti l-fidi tagħhom fil-misteru Kristjan u fl-Ewkaristija, li ta’ tali misteru hija l-quċċata u s-sors.
Propju għal dan il-Konċilju introduċa fil-liturġija il-lingwi tal-popli ndividwali u tan-nazzjonijiet kollha: sabiex “kull krejatura” u b’mod korali l-umanità kollha tfaħħar u teżalta l-qdusija ta’ Alla skont l-għana propja ta’ kull krejatura.
4. F’dawn il-lingwi differenti hija ċċelebrata l-Ewkaristija. F’dawn il-lingwi differenti s-saċerdoti fl-assembleja ewkaristika jtennu l-kliem qaddis ippronunzjat minn Kristu Sidna fiċ-Ċenaklu, bis-saħħa ta’ liema, taħt l-azzjoni tal-Ispirtu, titwettaq it-transustanzjazzjoni: “Ħudu u kulu lkoll . . .”. “Ħudu u ixorbu lkoll: dan huwa l-kalċi ta’ demmi . . . ”.
Dan il-kliem li jdoqq b’diversi modi fuq xuftejn is-saċerdoti, imma b’kull lingwa huwa l-istess. U l-miraklu ewkaristiku jitwettaq, bil-qawwa tiegħu, bl-istess mod.
U l-assemblea miġbura tal-kredenti ssellem fl-istess dinja “dak li jiġi fl-isem tal-Mulej …”; bl-istess mod tħabbar il-mewt ta’ Kristu, ixxandar il-qawmien mill-imwiet tiegħu u tistenna l-miġja tiegħu fil-glorja.
5. Bil-kliem sagramentali ta’ Kristu u bir-riti li jakkumpanjawh, insibu ruħna nfatti fiċ-ċentru tal-liturġija sagra u fil-quċċata tagħha. “Permezz ta’ Ġesù Kristu, Ibnek u Sidna, fil-qawwa tal-Ispirtu Santu, inti tgħajjex u tqaddes l-univers”.
Is-saċerdot jiċċelebra l-Ewkaristija, billi jopera f’isem Kristu, “in persona Christi”.
Kristu jopera fil-qawwa tal-Ispirtu Santu, konsolatur [Paraklitu].
Hekk hu, fuq il-ħobż u fuq l-imbid, li (skont it-tradizzjoni ta’ Melkisedek jesprimu l-offerta kollha tal-poplu miġbur madwar l-altar, is-saċerdot isejjaħ b’umiltà lill-Ispirtu Santu:
“. . . ibgħat l-Ispirtu tiegħek biex iqaddes id-doni li qegħdin noffrulek, sabiex isiru l-ġisem u d-demm ta’ Ġesù Kristu, Ibnek . . .”.
6. Hekk tattwa ruħha l-ekonomija divina tas-santifikazzjoni u tas-salvazzjoni permezz tas-sagrifiċċju sagramentali tal-ġisem u d-demm ta’ dak li “bil-qawwa tal-Ispirtu etern joffri lilu nnifsu bla tebgħa lil Alla” (Lh 9, 14). It-tradizzjoni orjentali u oċċidentali kollha, inkluża l-Ortodossija kollha, hija b’mod sinifikattiv unanima taqbel li tenfasizza din is-sejħa epikletika , għalkemm b’aċċentwazzjoni u kollokazzjoni differenti fit-tematika fundamentali unitarja u armonjuża tat-talba ewkaristika.
7. Hekk mela, fil-qawwa tal-Idspirtu Santu, tilħaq gradwalment t-twettieq tagħha l-ekonomija divina tas-salvazzjoni.
“Waqt li niċċelebraw it-tifkira ta’ Ibnek, li miet għas-salvazzjoni tagħna, b’mod glorjuż irxuxtat u mtella fis-sema”.
Il-Knisja tħossha, b’mod partikolari fiċ-ċelebrazzjoni ewksaristika, poplu ta’ Alla miġbur mill-għaqda tal-Missier, tal-Iben u tal-Ispirtu Santu, kif jesprimi ruħu San Krispin, u l-ewkoloġija tal-messal opportunatament jassigura («Super oblata» pro fil-quddiesa pro Ecclesia universali);
– poplu rikonċiljat ma’Alla: (“Agħraf, fl-offerta tal-Knisja tiegħek, il-vittma ssagrifikata għall-fidwa tagħna”).
Dan il-poplu jixtieq isir fi Kristu dejjem iktar “ġisem wieħed u spirtu wieħed”.
U l-Ispirtu Santu, li huwa l-istess Spirtu ta’ Kristu, jagħmel minnu sagrifiċċju perenni apprezzat minn Alla, għaliex jistà jikseb l-eredità tal-elezzoni u tal-vokazzjoni għas-sehem fil-qdusija ta’ Alla. flimkien ma’ Omm Alla u mal-qaddisin kollha.
8. Waqt li jiftakar il-ħajjin u l-mejtin, dan il-poplu, li fl-Ewkaristija “jsir” – biex ngħidu hekk – fl-ikbar kejl, Knisja, jikkonkludi t-talba l-kbira billi jingħaqad spiritwalment bil-fomm tas-saċerdot, mad-dossoloġija finali ppronunzjata mis-saċerdot:
“Bi Kristu, ma’ Kristu u fi Kristu, / lilek, Alla Missier li tistà kollox, / flimkien mal-Ispirtu Santu / kull ġieħ u glorja, / għal dejjem ta’ dejjem”; u billi wara jipproklama, f’koralità mimlija fidi u mħabba, l-“Amen” tiegħu ta’ parteċipazzjoni u ta’ qbil.
L-Ewkaristija “tilħaq” b’dan il-mod l-għoli li ma jistax jitkejjel tal-misteru trinitarju, li għall-glorja tiegħu l-liturġija tkanta l-iktar innu sublimi, u l-Ewkaristija toffri l-espressjoni l-iktar ħajja u effettiva tas- “sacrificium laudis”, li għaliha il-“plebs sancta” kollha imbagħad tiġi mistiedna tieħu sehem fir-realtà sagramentali fit-tqarbin imqaddes. Għeżież ħuti fl-episkoat u fis-saċerdozju!
Għeżież ħuti f’Ġesù Kristu, li, kullimkien fuq din l-art tieħdu sehem, skont l-ordni u l-grad tagħkom, fl-Ewkaristija: ħa jgħix dejjem fikom u jimmatura b’mod kostanti l-frott tal-liturġija sagra!
Din hija r-rikkezza sostanzjali tal-Knisja.
Permezzt al-liturġija Kristu huwa partikolarment l- Emmanuel, l-Alla magħna, li magħna jitlob, għalina jaġixxi u permezz tagħna jkompli jopera fid-dinja kollha.
Ejjew niftħu qalbna għal din l-azzjoni divina, nikkoperaw magħha, skont il-grazzja li qiegġda tiġi offruta lilna. “Il-ġisem u d-demm ta’ Kristu . . . ikunu għalina ikel ta’ ħajja eterna”.
Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb