Talb tal-interċessjoni. Il-5 Ħadd tar-Randan

V… Għax nemmnu li l-Mulej jisma’ kull xewqa sinċiera u ta’ ġid li ħierġa mill-qalb ta’ kull persuna ta’ rieda tajba, b’fidi ħajja nippreżentawlu t-talb tagħna. Nitolbu flimkien: Imliena Mulej, bl-għerf qaddis tiegħek.

1. Biex il-Knisja, bil-kelma u bl-għemil, ixxandar li fil-misteru tas-Salib, nistgħu nsibu l-ħelsien veru u l-paċi tal-qalb. Nitolbu

2. Biex kull min għandu r-responsabbiltà ta’ tmexxija, jassigura li kull persuna jkollha l-possibiltà li tiżviluppa l-potenzjal tagħha u tibni futur li jgħinha tgħix il-ħajja tagħha b’dinjità. Nitolbu

3. Biex quddiem id-diffikultajiet tal-ħajja, nibqgħu nemmnu li Alla qiegħed magħna u sa jagħtina dak kollu li huwa ta’ ġid għalina. Nitolbu

4. Biex aħna nfittxu dejjem li nogħġbu lil Alla fl-għażliet tagħna u nħallu l-Ispirtu Qaddis tiegħu jaħdem fina. Nitolbu

V… O Missier, li tieħu ħsieb id-dgħajjef, dawwar il-ħarsa ħanina tiegħek lejn dawk li jistennew l-għajnuna u l-maħfra, sabiex imġedda għat-tama bil-mewt feddejja ta’ Ibnek, ngħannulek għanja ta’ gratitudni u tifħir. Bi Kristu Sidna.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading