Il-Papa Ljun XIV waqt laqgħa f’dar tal-Anzjani, f’Annaba

VJAĠĠ APPOSTOLIKU TAL-PAPA LJUN XIV
FL-ALĠERIJA, FIL-CAMEROON, F’ANGOLA U FIL-GUINEA EKWATORJALI
(13–23 ta’ April, 2026)
LAQGĦA FID-DAR TAL-KURA TAL-ANZJANI “MA MAISON”
TISLIMA TAL-QDUSIJA TIEGĦU L-PAPA LJUN XIV
Dar tal-kura tal-anzjani “Ma Maison” (Annaba)
It-Tlieta, 14 ta’ April, 2026

Eċċellenzi,
Għeżież ħuti nisa ta’ ħajja konsagrata,
Għeżież ħuti,

L-għodwa t-tajba! As-salamu alaykum!

Grazzi li lqajtuni f’din id-dar!  Kuntent lil qed nagħmel diż-żjara għax hawnhekk jgħammar Alla.  Tabilħaqq, kull fejn hemm l-imħabba u s-servizz, hemm Alla.

Grazzi Little Sisters of the Poor, flimkien mal-istaff ta’ din id-dar.  Grazzi Madre Philomena, tal-merħba.

Grazzi Monsinjur Desfarges, għal kliemek, kliem li jqanqal!  Wara li smajtek u qed nara l-preżenza tiegħek hawn fost l-anzjani ħutna, hu naturali li nfaħħru ‘l Alla u niżżuh ħajr.  Bħalma Ġesù feraħ fl-Ispirtu Qaddis u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax int dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin.  Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok” (Lq 10,21).

Irrodd ħajr lis-Sur Salah Bouchemel għat-testimonjanza tiegħu li kienet tant sabiħa u ta’ faraġ.  Naħseb li l-Mulej, hu u jħares mill-għoli tas-sema fuq dar bħal din, fejn il-bnedmin ifittxu li jgħixu flimkien fraternament, aktarx jgħid: “Hemm it-tama!”  Iva, għax il-qalb ta’ Alla hi miġrugħa minħabba l-gwerer, il-vjolenza, l-inġustizzja u l-gideb.  Iżda qalb Missierna mhix mal-ħżiena, l-arroganti jew il-kburin.  Il-qalb ta’ Alla hi maċ-ċkejknin, mal-umli u flimkien magħhom jibni s-Saltna tiegħu ta’ mħabba u paċi jum wara ieħor, sewwa sew kif qed tistinkaw biex tagħmlu hawn fis-servizz tagħkom ta’ kuljum, fil-ħbiberija u l-ħajja flimkien tagħkom

Grazzi, għeżież sorijiet u brothers ta’ dil-laqgħa!  Se nżommkom fit-talb tiegħi u minn qalbi ntikom il-barka tiegħi.

Miġjub għall-Malti minn Joe Huber

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading