Talb tal-interċessjoni. Il-11-il Ħadd matul is-Sena

V… Mulej, inti qatt ma titlaq lill-poplu li int għażilt għalik. Nitolbuk biex tisma’ t-talbiet tagħna.

1. Seddaq Mulej, il-Knisja tiegħek biex tkompli tinfirex mad-dinja kollha ħalli turi dak li inti trid mill-ħolqien tiegħek. Nitolbu

2. Ħares Mulej, lill-mexxejja tal-ġnus u agħtihom l-għerf tiegħek ħa jkunu ta’ dawl siewi għall-bnedmin kollha. Nitolbu

3. Ieqaf Mulej, mal-missjunarji kollha li jħallu pajjiżhom biex jaqduk ʹil bogħod minn pajjiżhom, biex dejjem jagħrfu l-kobor tal-missjoni li int afdajtilhom f’idejhom. Nitolbu

4. Ħu ħsiebna, Mulej, matul din il-ġimgħa l-ġdida li qegħdin nibdew biex f’dak li ngħidu u nagħmlu ikun dejjem għall-glorja tiegħek. Nitolbu

V… Nirringrazzjawk Mulej, talli inti dejjem tagħtina l-Kelma tiegħek biex tkun ta’ dawl għalina. Nitolbuk biex tkun dejjem magħna fit-toroq ta’ ħajjitna. Bi Kristu Sidna

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading