Talb tal-interċessjoni. Il-15-il Ħadd matul is-Sena

V… Filwaqt li rroddu ħajr lill-Missier ta’ dan il-jum, ejjew inpoġġu quddiemu dawn it-talbiet tagħna.

1. Ħares, Mulej, il-mexxejja tal-Knisja tiegħek biex bi kliemhom u għemilhom ikunu dejjem ta’ xhieda tiegħek fid-dinja. Nitolbu

2. Ħares, Mulej, lil dawk li għandhom it-tmexxija tal-pajjiżi biex jagħrfu dejjem jagħmlu l-ġid liċ-ċittadini tagħhom. Nitolbu

3. Ħares, Mulej, lil dawk kollha li jagħmlu xogħol volontarju għall-ġid tal-komunità u ħallashom int tal-ġenerożità tagħhom. Nitolbu

4. Ħares, Mulej, lilna u l-familji tagħna biex tassew ninbnew fis-sod fuq il-kelma tiegħek. Nitolbu

V… O Missier, int dejjem iddawwalna bil-kelma tiegħek. Agħmel li aħna wkoll inwasslu dan id-dawl lil dawk ta’ madwarna. Bi Kristu Sidna

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading