Ilkoll ngħaddu ġudizzji dwar kollox kontinwament
Jekk tmur ġo restaurant u tordna xi ħaġa, meta tibda tiekolha tgħid; ‘KEMM HI TAJBA DIN IL-BIĊĊA LAĦAM, DIN IL-ĦUTA, DIN IL-PIZZA.
Mela wara li inti tiekol, int stess tgħaddi ĠUDIZZJU dwar dik il-biċċa laħam, ħutha jew pizza.

U L-ISTESS SE JIĠRI FIL-JUM LI RUĦNA SE TTIR MINN ĠISIMNA U TIRRITORNA LEJN MIN ĦALAQHA.
Mal-mewt ma jispiċċax kollox
Temmen jew ma temminx MAL-MEWT, MA JISPIĊĊAX KOLLOX.
Nidħaq, imma fl-istess ħin nibki, meta nintebaħ kif hawn min jaħseb li mal-mewt jispiċċa kollox.
Ġebla ta’ żmien l-Ingliżi nsalvawha
NIdħaq aktar meta nintebaħ kif ġebla ta’ żmien l-Ingliżi nagħmlu minn kollox biex nippreservawha, u mbagħad Alla (li biex isalvana miet fuq is-Salib għalina) se jħallina nevaporaw fl-ajru qisna ftit fwar li ħareġ minn kitla tgħali!!!!!
U biex ngħidu kollox, lanqas dak il-fwar ma’ jispiċċa, għax b’xi mod jerġa jikkondensa u jsir ilma, aħseb u ara ruħna.
Dawk li aħna nikkunsidraw bħala ‘primitivi’ kienu jemmnu aktar minna
Missirijietna bnew tempji Megalitiċi, meta huma kienu għadhom jgħixu fl-għerien.
Dawn ‘BĦAĦEN’ kienu, ġenerazjoni li kienet ‘ILLUŻA’, ‘INJORANTA’ u li ‘TEMMEN U LI BELGĦET KOLLOX’ ?
U jekk belgħu kollox minngħand min belgħuha ?
Il-bniedem għaqli jaħseb dejjem x’jiġri wara
Kemm hu ‘bniedem għaqli’ (il-ġudizzju ta’ Ġesu’ innifsu) li bniedem jiftakar li mal-mewt ma jispiċċax kollox, imma li se jkun hemm ġudizzju u Alla se jaqra s-sentenza li se nkunu ktibna aħna stess matul ħajjitna bil-ħajja li ngħixu. Jew ħajja ma’ Alla għal dejjem, jew ħajja ‘l bogħod minn Alla għal dejjem. Jissejħu ‘Novissmi’, MEWT, ĠUDIZZJU, ĠENNA U NFERN.
Darba minnhom omm bagħtet tifel għand San Ġorġ Preca u talbitu 4 numri biex jilgħabhom għal lottu, u Dun Ġorġ ħeġġiġha tilgħab dawn l-erbgħa numri U TIRBAĦ ŻGUR: MEWT, ĠUDIZZJU, ĠENNA U NFERN.
Ma’ Pietru nistqar: ‘KATTAR FIJA L-FIDI’.