L-PAPA LJUN XIV
ANGELUS
Piazza della Libertà (Castel Gandolfo)
Il-Ħadd 16 ta’ Awwissu, 2026
Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb!
Ilbieraħ ikkuntemplajna l-Verġni Marija fir-relazzjoni tagħha, li ma tistax tinħall, ma’ Binha: lanqas il-mewt ma kellha ħilti tinterrompi dik il-komunjoni bejn ir-ruħ u l-ġisem, li hi l-ħajja eterna. Kull jum tal-Ħadd ifakkarna li l-istess milja hi mħejjija għal min isegwi lil Ġesù: il-qawmien tiegħu mhux ġrajja tal-imgħoddi, iżda ħajja ġdida li tinvolvi lilna wkoll.
Illum, turina dan il-mara Kangħanija li smajna llum smajnieha titħabbar fil-liturġija (Mt 15,21-28). Minkejja li ma kinitx mill-poplu tiegħu u kienet toqgħod f’post stranġier, b’insistenza tipprova tkellem lil Ġesù, tiġri warajh qiesha dixxiplu li diġà għandha rabta miegħu. Probabbilment qatt ma kienu ltaqgħu qabel, iżda misterjożament, fiha kienet diġà tkebbset il-fidi. Ma trid xejn għaliha, trid il-paċi għal bintha magħdura u għandha fiduċja f’Ġesù li fih tara l-Messija min-nisel ta’ David (cfr v. 22).
L-ostakli li trid tiffaċċja dil-mara, l-evanġelista ma jistorhomlniex. Id-dixxipli jaraw fiha persuna inkonvenjenti u Ġesù stess jirreżisti t-talbiet tagħha. Fil-fatt, l-Imgħallem kien mar f’dawk l-inħawi (cfr v. 21) u nistgħu nimmaġinaw li, bħal drabi oħra, kien qed ifittex xi post imwarrab biex joqgħod jitlob u jifforma lin-nies tiegħu. Madankollu, f’dak il-mument tiġri xi ħaġa mhux mistennija. Aħna hu nimmeditaw dan, nistgħu nifhmu l-ubbidjenza ta’ Ġesù li jwettaq il-missjoni tiegħu għax milqut minn dak li kien qed jara u jisma’. Fl-aħħar jgħidilha: “Mara, il-fidi tiegħek kbira! Ħa jsirlek kif tixtieq” (v. 28).
Illum ukoll, il-Knisja tista‘ tħalli l-opra t’Alla tissorprendiha biex tagħraf tikkomunika l-paċi ta’ Kristu lil hinn mill-konfini stabbiliti. Il-grazzja divina tantiċipa l-missjoni tagħha, grazzja li taħdem fis-satra tal-kuxjenzi, biex f’kull laqgħa, saħansitra f’dawk li jħarbtu l-pjanijiet tagħna, hemm bżonn niftħu widnjena u qlubna għal dak li jrid jgħidilna Alla. Mill-mara Kangħanija nitgħallmu l-umiltà u d-determinazzjoni. Grazzi għall-fidi tagħha nitgħallmu li l-mejda ta’Alla hi mħejjija għal kulħadd u li ħadd ma jitħalla biss bil-frak (cfr vv. 26-27), għaliex kulħadd għandu postu maġenb il-Missier. Fid-dawl ta’ dil-fidi, id-diżugwaljanzi,id-diskriminazzjonijiet, il-ħitan li jikkalpestaw id-dinjità ta’ għadd wisq kbir ta’ ulied Alla, isiru insopportabbli.
Għeżież ħuti: aħna Knisja ta’ Ġesù Kristu f’dinja mimlija nkwiet, dinja li tifttex il-paċi. Nitolbu lil Marija, l-Omm tagħna, biex tinterċedi għalina. “Fuq fommha jfiġġ l-aktar innu b’saħħtu u innovattiv li qatt tlissen, il-Magnificat” (Magnifica humanitas, 244): hu l-innu ta’ min iħares lejn ir-realtà mill-għajnejn ta’ Alla u b’hekk ma jitlifx it-tama u jopera bil-karità.
Wara l-Angelus
Għeżież ħuti,
inġedded l-appell tiegħi biex tieqaf il-vjolenza ma taqta’ xejn fuq il-popolazzjonjiet ċivili tal-Palestina u tal-Istrixxa ta’ Gaża u nitlob biex b’urġenza, il-komunità internazzjonali tara li tmexxi ’l quddiem is-soluzzjoni ta’ żewġ Stati ħalli jkun hemm paċi ġusta u dejjiema.
Dalgħodu se jibda l-Logħob tal-Mediterran, li se jsir f’Taranto. Fih se jieħdu sehem pajjiżi mill-Afrika, mill-Asja u mill-Ewropa li jmissu mal-baħar Mediterran. Nawgura li dan l-avveniment sportiv ikun profezija ta’ paċi u fratellanza bejn il-popli ta’ dar-reġjun u tad-dinjakollha.
U issa nagħti merħba lilkom ilkoll miġburin hawn f’Castel Gandolfo għall-Angelus tal-Ħadd.
Nilqa’ b’għożża lill-pellegrini minn diversi pajjiżi. Jien u nsellem lill-Pollakki nagħti l-barka tiegħi ukoll lill-għadd kbir ta’ parteċipanti fil-pellegrinaġġ tradizzjonali lejn is-Santwarju ta’ Piekary Śląskie, f’Alta Slesia.
Nawgura lil kulħadd il-Ħadd it-tajjeb.
Miġjub għall-Malti minn Joe Huber