Il-Verġni Marija hija kkunsidrata bħala waħda mill-figuri fundamentali tal-Familja Karmelitana, Omm u Oħt il-Karmelitani. Sa mill-bidu tagħhom, l-eremiti fuq l-Għolja tal-Karmelu kellhom devozzjoni speċjali lejn Marija Omma Ġesù. Mir-rakkonti li għandna sa mill-1231 ta’ xi pellegrini, nafu li fuq l-Għolja tal-Karmelu kien hemm kappella ddedikata lill-Verġni Marija. L-għażla tal-eremiti biex jiddedikawha lill-Verġni Marija għandha s-sinifikat tagħha. Din id-dedikazzjoni kienet tfisser ix-xewqa li l-Verġni Marija tkun preżenti fil-komunità bħala s-Sinjura tal-post; il-verġni Mqaddsa Marija tal-Għolja tal-Karmelu. Continue reading “Verġni Mqaddsa. Marija u l-Karmelitani”