Il-Bieb tagħna huwa Kristu. Dak ma jingħalaq għalina qatt.

Fis-6 ta’ Jannar 2026, il-Papa Ljun XIV ser jagħlaq il-Bieb Imqaddes tal-Bażilika ta’ San Pietru, u b’dan l-att jintemm iż-Żmien tal-Ġublew, Pellegrini tat-Tama. Il-Bieb li nfetaħ bħala stedina għall-konverżjoni, għat-tama u għall-ħniena, issa jingħalaq — imma l-messaġġ tiegħu ma jintemmx. Għax jekk il-bieb tal-ġebel jingħalaq, il-Bieb veru jibqa’ dejjem miftuħ: Kristu nnifsu.

Aktar