Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar id-dnub. Udjenza Ġenerali – 10/12/1986.
1. Fl-introduzzjoni għall-kostituzzjoni Gaudium et Spes (Gaudium et Spes, 2) tal-Konċilju Vatikan II naqraw: “Id-dinja li [il-Konċilju] għandu quddiemu hija dik tal-bnedmin, jew aħjar il-familja kollha umana fil-kuntest ta’ dawk ir-realtajiet kollha li fihom hija tgħix; id-dinja li hija tejatru tal-istorja tal-ġeneru uman, u ġġib is-sinjali tal-isforzi tiegħu, tat-telfiet tiegħu u tar-rebħiet tiegħu, id-dinja li l-insara jemmnu maħluqha u konservata fl-eżistenza tal-imħabbaa tal-Ħallieq, dinja bla ebda dubju imqiegħda taħt l-iskjavitù tad-dnub, imma mill-Kristu msallab u rxuxtat, bit-telfa tal-Ħażin, meħlusa u ddestinata, skont il-ħsieb divin, biex tittrasforma ruħha u biex tilħaq it-twettiq tagħha”.
aktar