Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-Ħolqien. Udjenza Ġenerali – 05/03/1986.
1. Ir-riflessjoni dwar il-verità tal-ħolqien, li biha Alla sejjaħ għall-eżistenza d-dinja mix-xejn, timbotta l-ħarsa tal-fidi tagħna għall-kontemplazzjoni ta’ Alla Ħallieq, li jirrivela fil-ħolqien l-omnipotenza tiegħu, l-għerf tiegħu u imħabbtu. L-omnipotenza tal-Ħaallieq tidher kemm fis-sejħa tal-krejaturi mix-xejn għall-eżistenza, kif ukoll fil-manteniment tagħhom fl-eżistenza. “Kif tistà teżisti ħaġa, jekk int ma tridhiex? Jew iżżomm ruħha jekk int ma tkunx sejjaħtilha?” jistaqsi l-Awtur tal-ktieb tal-Għerf (Għerf 11, 25).
aktar