Alla jsawwar poplu

1. Katekeżi dwar il-Knisja mill-Papa Franġisku. 18 ta’ Ġunju 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba. U nifirħilkom, għax kontu kuraġġjużi, b’dan it-temp fejn ma tafx hix tagħmel xita jew le… Bravi! Nittamaw li jirnexxielna ntemmu l-udjenza bla ilma, il-Mulej ikollu ħniena minna.

Il-lum se nibdew ċiklu ta’ katekeżi dwar il-Knisja. Qisu xi ftit bħal iben li jitkellem dwar l-istess ommu, dwar il-familja tiegħu. Meta nitkellmu dwar il-Knisja nkunu nitkellmu dwar ommna, dwar il-familja tagħna. Il-Knisja fil-fatt m’hix istituzzjoni li ssib l-għan tagħha fiha nfisha jew xi għaqda privata, xi NGO, u wisq anqas m’għandha żżomm ħaristha magħluqa għall-kleru jew għall-Vatikan… “Il-Knisja taħseb…”. Imma l-Knisja hi aħna lkoll! “Fuq min qed titkellem int?”. “Le, fuq il-qassisin…”. Aħ, il-qassisin huma parti mill-Knisja, imma l-Knisja hi aħna lkoll! Tillimitahiex għall-qassisin biss, għall-isqfijiet, għall-Vatikan… Dawn jagħmlu parti mill-Knisja, imma l-Knisja hi aħna lkoll, ilkoll familja waħda, ilkoll ulied l-istess omm. U l-Knisja hi realtà wisq usa’, li tinfetaħ għall-bnedmin kollha u li ma titwelidx f’laboratorju, il-Knisja ma twelditx f’laboratorju, ma twelditx f’salt. Hi mwaqqfa minn Ġesù, imma hi poplu bi storja twila wara spallejha u tħejjija li taf il-bidu tagħha wisq qabel Kristu nnifsu. Continue reading Alla jsawwar poplu