Il-Familja. Bieb li jilqa’

36. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 18 ta’ Novembru 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

B’din ir-riflessjoni wasalna fuq l-għatba tal-Ġublew, jinsab fil-qrib. Quddiemna għandna l-bieb, imma mhux biss il-bieb imqaddes, imma l-ieħor: il-bieb il-kbir tal-Ħniena ta’ Alla – u dan hu bieb sabiħ! –, li jilqa’ l-indiema tagħna u joffrilna l-grazzja tal-maħfra tiegħu. Il-bieb jiftaħhulna minn qalbu, issa jonqos ftit kuraġġ min-naħa tagħna biex nirfsu l-għatba u ngħaddu minnu. Kull wieħed u waħda minna għandu fih xi jtaqqlu. Ilkoll midinbin! Ejjew napprofittaw minn dan iż-żmien li ġej u nirfsu l-għatba ta’ din il-ħniena ta’ Alla li qatt ma jegħja jaħfer, qatt ma jegħja jistenniena! Iħares lejna, dejjem jinsab qrib tagħna. Kuraġġ! Ejjew ngħaddu minn dan il-bieb! Continue reading “Il-Familja. Bieb li jilqa’”