Il-Knisja: Pellegrina lejn is-Saltna ta’ Alla

16. Katekeżi dwar il-Knisja mill-Papa Franġisku. 26 ta’ Novembru 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba,

Xi ftit kerha l-ġurnata l-lum, imma intom kontu kuraġġjużi, nifirħilkom! Nittama li nkunu nistgħu nitolbu flimkien il-lum.

Hu u jippreżenta l-Knisja lin-nies ta’ żmienna, il-Konċilju Vatikan II żamm tajjeb quddiem għajnejh verità fundamentali, li ma rridu qatt ninsew: il-Knisja m’hix realtà statika, wieqfa, għan fih innifsu, imma tinsab kontinwament f’mixja tul l-istorja, lejn id-destinazzjoni aħħarija u sabiħa li hi s-Saltna tas-Smewwiet, li tagħha l-Knisja fuq din l-art hi ż-żerriegħa u l-bidu (ara Konċilju Ekumeniku Vatikan II, Kostituzzjoni dommatika fuq il-Knisja Lumen gentium, 5). Continue reading Il-Knisja: Pellegrina lejn is-Saltna ta’ Alla

Il-Knisja: Sejħa Universali għall-Qdusija

15. Katekeżi dwar il-Knisja mill-Papa Franġisku. 19 ta’ Novembru 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba.

Rigal kbir tal-Konċilju Vatikan II kien dak li reġa’ tana viżjoni tal-Knisja mwaqqfa fuq il-komunjoni, u li fid-dawl ta’ din il-perspettiva ta interpretazzjoni ġdida tal-prinċipju ta’ l-awtorità u tal-ġerarkija. Dan għenna nifhmu aħjar li l-Insara kollha, bħala mgħammdin, għandhom l-istess dinjità quddiem Alla u għandhom sejħa komuni, li hi dik għall-qdusija (ara Kostituzzjoni Lumen gentium, 39-42). Issa nistaqsu: Fiex tikkonsisti s-sejħa universali għall-qdusija? U kif nistgħu nwettquha? Continue reading Il-Knisja: Sejħa Universali għall-Qdusija

Il-Knisja: Isqfijiet, Presbiteri u Djakni

14. Katekeżi dwar il-Knisja mill-Papa Franġisku. 12 ta’ Novembru 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba,

Fil-katekeżi li għaddiet rajna kif il-Mulej jissokta jirgħa l-merħla tiegħu permezz tal-ministeru ta’ l-isqfijiet, megħjuna mill-presbiteri u d-djakni. Fihom Ġesù jagħmel ruħu preżenti, bil-qawwa ta’ l-Ispirtu tiegħu, u jissokta jaqdi lill-Knisja, billi jqawwi fiha l-fidi, it-tama u x-xhieda tal-karità. Dawn il-ministeri għalhekk huma don kbir tal-Mulej lil kull komunità Nisranija u lill-Knisja kollha, għax huma sinjal ħaj tal-preżenza tiegħu u ta’ mħabbtu. Continue reading Il-Knisja: Isqfijiet, Presbiteri u Djakni

L-Imqaddsa Ommna l-Knisja Ġerarkika

13. Katekeżi dwar il-Knisja mill-Papa Franġisku. 5 ta’ Novembru 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba.

Smajna x’jgħid l-Appostlu Pawlu lill-Isqof Titu. Imma kemm virtujiet għandu jkollna aħna l-isqfijiet? Kollha smajniehom, le? M’hux faċli, m’hux faċli, għax aħna midinbin. Imma nafdaw ruħna f’idejn it-talb tagħkom, biex forsi ta’ l-inqas noqorbu lejn dawn il-ħwejjeġ li l-Appostlu Pawlu jissuġġerixxi lill-isqfijiet kollha. Tajjeb? Titolbu għalina? Continue reading L-Imqaddsa Ommna l-Knisja Ġerarkika

Il-Knisja realtà viżibbli u spiritwali

12. Katekeżi dwar il-Knisja mill-Papa Franġisku. 29 t’Ottubru 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba,

Fil-katekeżi ta’ qabel stajna nuru kif il-Knisja għandha natura spiritwali: hi l-ġisem ta’ Kristu, mibni fl-Ispirtu s-Santu. Imma meta nirriferu għall-Knisja, ħsiebna dritt imur fuq il-komunitajiet tagħna, il-parroċċi tagħna, id-djoċesijiet tagħna, l-istrutturi li fihom soltu niltaqgħu u, ovvjament, anki fuq il-komponenti u l-figuri l-iżjed istituzzjonali li jżommuha wieqfa, li jmexxuha. Din hi r-realtà viżibbli tal-Knisja. Allura jeħtieġ nistaqsu: dawn huma żewġ affarijiet differenti minn xulxin jew hi l-istess Knisja? U, jekk hi dejjem l-istess Knisja waħda, kif nistgħu nifhmu r-rabta bejn ir-realtà viżibbli tagħha u dik spiritwali? Continue reading Il-Knisja realtà viżibbli u spiritwali

Il-Knisja il-Ġisem ta’ Kristu

11. Katekeżi dwar il-Knisja mill-Papa Franġisku. 22 t’Ottubru 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba.

Meta nkunu rridu nuru kif l-elementi li jsawru realtà waħda huma marbuta ma’ xulxin mill-qrib u flimkien jagħmlu ħaġa waħda, spiss nużaw ix-xbieha tal-ġisem. Ibda mill-Appostlu Pawlu, din l-espressjoni ntużat għall-Knisja u kienet magħrufa bħala l-karatteristika distintiva l-iżjed profonda u sabiħa tagħha. Il-lum, mela, nixtiequ nistaqsu: F’liema sens il-Knisja tinbena f’ġisem? U għaliex tissejjaħ “il-ġisem ta’ Kristu”? Continue reading Il-Knisja il-Ġisem ta’ Kristu

Il-Knisja hija għarusa tistenna lil għarustha

10. Katekeżi dwar il-Knisja mill-Papa Franġisku. 15 t’Ottubru 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba.

Matul dan iż-żmien tkellimna dwar il-Knisja, dwar ommna l-Knisja mqaddsa ġerarkika, il-poplu ta’ Alla li jinsab f’mixja. Il-lum nixtiequ nistaqsu lilna nfusna: Imma fl-aħħar, x’sa jseħħ mill-poplu ta’ Alla? X’ħa jiġri minn kull wieħed u waħda minna? X’għandna nistennew? L-Appostlu Pawlu għamel il-qalb lill-Insara tal-komunità ta’ Tessalonika, li kienu jagħmlu dawn l-istess mistoqsijiet, u wara l-argumentazzjoni tiegħu stqarrew dan il-kliem li hu fost l-isbaħ fit-Testment il-Ġdid: “Hekk inkunu dejjem mal-Mulej” (1 Tess 4:17). Hu kliem sempliċi, imma mimli b’tama hekk kbira! Continue reading Il-Knisja hija għarusa tistenna lil għarustha