L-aħbar li tiddomina fil-qoxra u l-ħarġa ta’ Ottubru tar-Rivista Il-Ħajja f’Għawdex hi l-ewwel żjara storika fostna ta’ Dun Fabio Attard bħal Rettur Maġġur tas-Salesjani. Min-naħa l-oħra, Agostinjani u missjunarji Għawdxin joffru l-impressjonijiet u esperjenzi personali tagħhom ta’ Robert Prevost qabel laħaq il-Papa Ljun XIV. Naqraw ukoll dwar tfajjel Għawdxi rebbieħ ta’ kompetizzjoni dinjija u kif il-popolazzjoni ta’ Għawdex qed tispara ’l fuq. Il-kummentarju jistaqsi jekk hux il-każ li nillimitaw in-numru ta’ turisti li jżuru l-gżira.
https://www.facebook.com/ilhajjafghawdex
Aktar