Ġesù jidħol fl-istorja ta’ ħajjitna

Kitba ta’  Angelo Xuereb – Fil-Milied niċċelebraw id-dħul ta’ Ġesù fl-istorja tal-umanità. Din il-ġrajja tfakkarna li Ġesù għandu jidħol fl-istorja ta’ ħajjitna.

Ġesù jidħol fl-istorja tal-bniedem

Permezz tat-twelid tiegħu Ġesù daħal fl-istorja tal-umanità. Twieled fil-għar ta’ Betlem bħala bniedem. Fit-Testment il-Qadim il-Lhud kienu jqisu li hemm distanza bejn Alla u l-bniedem. Issa din id-distanza spiċċat. Fil-għar ta’ Betlem b’mod fqir, umli u bla daqq tat-trombi, Ġesù daħal fl-istorja tal-bniedem. Continue reading “Ġesù jidħol fl-istorja ta’ ħajjitna”

Priedki ta’ Lejliet il-Milied

Kitba ta’ Angelo Xuereb – © Angelo Xuereb

BEJN ĦSIEB U IEĦOR

“Imiss il-priedka tat-tifel!” Meta fil-Milied jiġi preżentat xi programm imżewwaq bis-sehem tat-tfal, għadek tosserva kemm tkun mistennija, anki għall-kurżità, ir-reċta preparata bl-amment minn tfajjel ċkejken li b’paċenzja kbira jitgħallimha ftit ftit b’dawk il-ġesti artifiċjali li jqabbduh jagħmel biex jipprova jidher u jimita xi ftit lil xi ħadd kbir. Imma xorta li hu jibqa’, xi ħadd żgħir, u hekk għandu jkun! Continue reading “Priedki ta’ Lejliet il-Milied”

Mill-ktieb “Quddiem Ġesù Tarbija” ta’ Angelo Xuereb

L-Ewwel Jum:
L-imħabba ta’ Alla għalina.

Alla huwa mħabba. Hekk jgħidilna San Ġwann l-Evanġelista. Dan l-appostlu meta ħareġ din l-espressjoni wera l-esperjenza mill-aktar intima li kellu ma’ Sidna Ġesù Kristu. Infatti, il-miġja ta’ Kristu fid-dinja hija wirja tal-imħabba li Alla għandu għalina.
Continue reading “Mill-ktieb “Quddiem Ġesù Tarbija” ta’ Angelo Xuereb”