Id-Demm ta’ Kristu

Kitba ta’ Angelo Xuereb – Ix-xahar ta’ Lulju huwa dedikat propju għad-Demm ta’ Kristu …

Nistgħu niżviluppaw teologija tad-demm ta’ Kristu mingħajr ma naqgħu fl-esaġerazzjonijiet filwaqt li nibbażaw kollox fuq l-Bibbja.

Fil-poplu Lhudi kien hemm l-idea li l-ħajja tinsab fid-demm. L-idea tagħhom kienet li l-ħajja tinsab fid-demm tal-bniedem jew tal-annimal. Din l-idea nsibuha tidwi sa mill-ktieb tal-Ġenesi “Qal il-Mulej: x’għamilt? Isma’! id-demm ta’ ħuk jgħajjat lejja mill-art; għalhekk misħut int, bgħid mill-art li fetħet fommha biex tilqa’ d-demm ta’ ħuk minn idejk” (Ġen 4,10). Jekk ninnutaw  f’din is-sentenza  l-kelma demm hija msemmija darbtejn. Id-demm ta’ Abel huwa wkoll figura tad-demm ta’ Kristu. L-awtur tal-ittra lil-Lhud iqabbel id-demm ta’ Abel ma’ dak ta’ Kristu “lejn Ġesù, medjatur ta’ rabta gdida, u lejn id-demm tat-tisfija li jitkellem aħjar minn dak ta’ Abel” (Lh  12,24). Continue reading “Id-Demm ta’ Kristu”

Il-Liturġija tal-Kelma tas-Solennita’ tat-Twelid ta’ San Ġwann il-Battista

Riflessjoni ta’ Angelo Xuereb

Il-Knisja fl-24 ta’ Ġunju tiċċelebra s-sollennità tat-twelid ta’ San Ġwann Battista. Din il-festa għandha l-quddiesa tal-Vġili jiġifieri dik ta’ lejlietha. B’dan il-mod il-Liturġija tal-Kelma tippreżentalna sitt lezzjonijiet flimkien mas-Salm Responsorjali. Continue reading “Il-Liturġija tal-Kelma tas-Solennita’ tat-Twelid ta’ San Ġwann il-Battista”

San Ġwann Battista – L-Għammiedi

Forsi jidher titlu li ma jagħmilx sens. Iżda l-kelma “Battista” tfisser dak li jgħammed. 

Kitba ta’ Angelo Xuereb

Il-magħmudija ta’ Ġwanni

Meta nsemmu l-ħajja ta’ San Ġwann il-Battista ma nistgħux ma nsemmux li huwa kien jgħammed. L-Evanġelju ta’ San Mark jgħidilna: “Deher Ġwanni jgħammed fid-deżert u jxandar magħmudija tal-indiema għall-maħfra tad-dnubiet. U kienu jmorru lejh il-Lhudija kollha u n-nies kollha ta’ Ġerusalemm u jitgħammdu minnu fix-xmara Ġurdan u jistqarru ħtijiethom” (Mark 1, 4-5). Continue reading “San Ġwann Battista – L-Għammiedi”