Timbru postali kommemorattiv fl-okkażjoni tal-Konsagrazzjoni episkopali ta’ Mons. Alfred Xuereb

It-Timbru Kommemorattiv tal-Maltapost - 17.03.2018Il-Ġimgħa16 ta’ Marzu 2018: Għada s-Sibt, il-Maltapost plc sa toħroġ Timbru kommemorattiv fl-okkażjoni tal-Konsagrazzjoni episkopali ta’ Mons. Alfred Xuereb, li jista’ jinkiseb mill-Fergħa Postali fil-Belt Victoria, jew anki fuq Kartolina kommemorattiva ppubblikata mis-Soċjetà Filatelika Għawdxija bil-kollaborazzjoni tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ. Għal aktar tagħrif għandu jsir kuntatt mas-Sur Anthony Grech fuq l-email linton3@maltanet.net.