Santa Tereża tal-Bambin Ġesu’ u tal-Wiċċ Imqaddes

Verġni u Duttur tal-Knisja

Marie-Francoise-Therese Martin twieldet fit-2 ta’ Jannar, 1873, f’Alencon, Franza. Kienet l-iżgħar fost disa’ aħwa, erbgħa minnhom mietu żgħar, il-ħamsa l-oħra li kienu bniet, waħda wara l-oħra, daħlu sorijiet, tlieta minnhom, fosthom Tereża, mal-Karmelitani.  Missierha kellu daqxejn ta’ negozju tal-ġojjelli u ommha kienet taħdem il-bizzilla.

Kompli …

Aktar