Il-Papa Ljun XIV fil-laqgħa mal-Awtoritajiet, Soċjetà Civili u Korp Diplomatiku f”Beirut

VJAĠĠ APPOSTOLIKU TAL-QDUSIJA TIEGĦU LJUN XIV
FIT-TURKIJA U L-LIBANU
U PELLEGRINAĠĠ F’IZNIK (IT-TURKIJA)
FL-OKKAŻJONI TAL-1700 SENA MILL-EWWEL KONĊILJU EKUMENIKU F’NIĊEA
(27 ta’ Novembru – 2 ta’ Diċembru, 2025)

LAQGĦA MAL-AWTORITAJIET, MAR-RAPPREŻENTANTI TAS-SOĊJETÀ ĊIVILI U MAL-KORP DIPLOMATIKU
DISKORS TAL-QDUSIJA TIEGĦU
Palazz PresidenzjalI (Beirut)
Il-Ħadd, 30 ta’ Nvembru, 2025

Sur President tar-Repubblika,
distinti Awtoritajiet ċivili u reliġjużi,
membri tal-Korp Diplomatiku,
Sinjuri!


Henjin dawk li jġibu l-paċi!!

Hu ta’ ferħ kbir għalija li qed niltaqa’ magħkom, u li qed inżur din l-art fejn “il-paċi” mhix sempliċi kelma għax hawnhekk il-paċi hi xewqa u vokazzjoni; hi rigal u ħidma għaddejja.  Intom għandkom l-awtorità f’dal-pajjiż, kulħadd fil-qasam u l-irwol speċifiku tiegħu.  Fid-dawl ta’ din l-awtorità jien nixtieq nindirizzakom bi kliem Ġesù li ntgħażel bħala tema ċentrali tal-vjaġġ tiegħi: “Henjin dawk li jġibu l-paċi” (Mt 5,9).  Ċertament hemm miljuni ta’ Lebaniżi li kuljum, hawnhekk u madwar id-dinja, huma qaddejja silenzjużi tal-paċi.  Madankollu lilkom, li għandkom responsabbiltà istituzzjonali importanti fi ħdan dan-nazzjon, tmisskom beatitudni speċjali jekk il-paċi hi l-għan ewlieni tagħkom qabel kull ħaġa oħra.  F’dil-laqgħa, nixtieq nirrifletti ftit magħkom dwar xi jfisser li tkun persuna li ġġib il-paċi f’ċirkustanzi kumplikati ħafna, konflittwali u inċerti.

Aktar