Fl-istess jum 12 ta’ Mejju SAN PANKRAZJU MARTRI
TIFKIRA
Ftit li xejn nafu fuq dan il-qaddis. Skond tradizzjoni antika Rumana, San Pankrazju twieled fi Friġja (Asja Minuri), u fi tfulitu tilef il-ġenituri tiegħu.
Ta’ erbatax-il sena, mar Ruma ma’ zijuh. Dawn ikkonvertew u tgħammdu u ta’ dan tilfu ħajjithom fil-persekuzzjoni ta’ Djoklezjanu. Pankrazju baqa’ magħruf tal-kuraġġ u l-erojiżmu tiegħu minkejja l-età żgħira. Kien għad għandu biss erbatax-il sena meta sofra l-martirju ta’ qtugħ ir-ras fis-sena 304.
Il-fdalijiet tiegħu indifnu fiċ-ċimiterju ta’ Calepodius f’ Via Aurelia fejn inbniet bażilika fuq il-qabar tiegħu minn Papa San Simmaku fis sena 508.
aktar